Sport Lokali
ARA: Il-Ġurnalisti tal-Isport fid-dmir li jiġġieldu r-razziżmu fl-Isport – Sandro Micallef President GħĠS

Fl-Okażżjoni tal-Jum Dinji dedikat lill-Ġurnaisti tal-Isport il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef wassal mesaġġ fejn fost l-oħrajn tenna li l-ġurnalisti tal-isport gġandhom id-dmir li jgħini fil-ġlieda kontra r-razziżmu fl-Isport.

Il-Messaġġ kollu huwa dan:

Kollegi,

Illum 2 ta’ Lulju qed niċċelebraw il-Jum Dinji dedikat lill-Ġurnalisti tal-Isport. B’hekk il-ġurnata tal-lum hi importanti bħal kull sena li niċelebrawha iżda din is-sena niċċelebrawha b’mod partikolari hekk kif is-sena 2020 taħbat ukoll is-sena li fiha qed niċċelebraw il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Ġurnalisti Sports lura fl-1970 dakinhar kienet ingħatat l-isem Għaqda Kittieba Sports. Minn hawn insellem lill-ewwel President tagħna Fr. Hilary Tagliaferro u sħabu fl-ewwel kumitat.

Sena partikolari din tal-2020 mhux biss ta’ ċelebrazzjoni għalina iżda ta’ riflessjoni hekk kif kienet sena li x-xogħol tagħna kien affetwat bil-COVID-19 u r-riperkussjonijiet kollha li din il-pandemija ġabet magħha. Il-waqfien ta’ diversi attivitajiet sportivi f’Malta affetwaw lil ħafna minnkom li kontu tkunu assenjati xogħol l-aktar f’kull tmiem il-ġimgħa. 

Fortunatament f’pajjiżna ma rriżultax li kien hemm sensji ta’ ġurnalisti tal-inqas dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu bħala l-impjieg prinċipali tagħhom. Il-ħsieb u s-solidarjeta’ tiegħi imorru lill-eluf ta’ ġurnalisti madwar id-Dinja speċjalment fl-Ewropa u fl-Amerika Latina ħafna minnhom memberi tal-AIPS li kienu ssensjati mill-kumpaniji u ażjendi tagħhom li konsegwenza tal-fatt li waqfu l-kompetizzjonijiet sportivi spiċċaw bla xogħol.

Il-Jum Dinji dedikat lill-Ġurnalisti tal-Isport iwassalni kull sena sabiex nibgħat messaġġ lill-membri tagħna. Il-messaġġ għal din is-sena hu wieħed sempilċi, ejjew nibqgħu magħquda flimkien u ngħinu lil xulxin; fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa ! 

Napella sabiex kif ħafna minnkom tikkolaboraw ma’ xulxin, testendu l-għajnuna lill-kollegi oħra żgħażagħ li bdew fil-ġurnaliżmu riċentament speċjalment meta tkunu assenjati xogħol ta’ rappurtaġġ bħal Konferenzi Stampi u rappurtaġġ ta’ kampjonati domestiċi.

Appell ukoll lil dawk il-ġurnalisti li jippruvaw bil-limitazzjoni tagħhom joħorġu b’xi storja tajba jew xi storja investigattiva ta’ interess pubbiku. Nafu lkoll kemm dan il-pajjiż għandu popolazzjoni sensittiva u kulħadd jaf lill-kulħadd iżda tgħamlux l-iżball li ma tiktbux jew ma’ tibbuplikawx storja sempliċimpent għax tibżgħu jew għax taħsbu li jista’ jkun hemm konsegwenzi. Tħallux minn jintimidakom u tħarsu lejn wiċċ ħadd. Tinsew qatt li l-istrateġija ta’ ‘Ifred u Saltan‘ hija stateġija short term u dejjem tirriżulta f’waħda fallimentari. Għalhekk għandna dejjem nibqgħu magħquda flimkien bħal front wieħed. 

L-aħħar punt li xtaqt insemmi u dwar is-sitwazzjoni sensittiva ta’ rażżizmu fix-xena internazzjonali u li aħna bħala Maltin immissuha wkoll. Bħala ġurnalisti tal-Isport għandna d-dover li niġġieldu r-razziżmu u l-preġudizzju soċjali minħabba l-kulur tal-ġilda. Fid-dover ukoll li nesponu lil min qed jagħmel il-ħsara u niġġieldu permezz ta-pinna tagħna l-inġustizzja li sfortunatament isofru ħafna atleti.

Ringrazzjament tiegħi f’dan il-Jum dedikat lill-ġurnaliżmu tal-Isport inwasslu żgur lilkom f’isem dawk kollha ta’ rieda tajba bħall-mijiet ta’ voluntiera li jmexxu l-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet Sportivi f’pajjiżna. Dawn kollha lilkom il-ġurnalisti, reporters, fotografi, camerapersons u persuni responsabbli mill-muntaġġ jgħidulkom grazzi tas-servizz li tagħtu lill-Isport Malti.

Fl-aħħar iżda mux l-inqas, nawguralkom sajf mimli ħidma sfieqa u jekk il-Mulej iżomm idejh fuqna niltaqgħu għaċ-ċelebrazzjoni li se norganizzaw fil-perjodu Novembru – Diċembru fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Tennis

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa. Nadal…

Sport Lokali

Paola BC huma r-rebbieħa tal-Mixed Team League Powered by Victor tal-Badminton, wara sitt rebħiet minn sitta tul dan l-istaġun. Dan hu l-ħames suċċess konsekuttiv għal Paola BC u t-tlettax-il wieħed…

Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Aktar