Futbol lokali
ARA: Il-Ħamruniżi jattendu bi ħġarhom għall-ewwel ‘rally’ uffiċjali

Mijiet ta’ partitarji ta’ Ħamrun Spartans attendew l-ewwel Rally tal-istaġun li kien organizzat b’mod uffiċjali minn mindu l-imprenditur Joseph Portelli tressaq lejn il-Club biex jgħin fil-proġett tal-ta’ Ħamrun Spartans FC. Fost dawn li attendew għar-Rally li kien organizzat minn Clint Bonanvia fost oħrajn kien hemm il-kowċis Mark Buttiġieg u Stefan Sultana. Preżenti wkoll Joseph Portelli u Nunzio Antigniani flimkien ma’ diversi uffiċjali oħra ta’ Ħamrun Spartans FC.

Fl-Indirizz tiegħu lil dawk preżenti Portelli qal li fadal ħafna xogħol xi jsir kemm fl-amministrazzjoni fejn iridu jkunu rranġati xi affarijiet u anke fl-iskwadra. Hu qal li għad-fadal xi barranin xi jkunu ngaġġati u anke possibilita’ ta’ akkwist ta’ xi players Maltin. U qal li l-importanti hu li n-nies ma’ jarawx kbir speċjalment fl-ewwel staġun.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar