Futbol internazzjonali
ARA: Il-President ta’ PAOK jinżel jipprotesta mar-Referee b’arma tan-nar

Xeni deplorabbli l-bieraħ filgħaxija f’Tessaloniki hekk kif fi tmiem il-logħba mill-ogħla diviżjoni tal-kampjonat fil-Greċja bejn PAOK u AEK kien hemm invażjoni fil-pitch minn diversi uffiċjali ta’ PAOK jippotestaw mar-referee talli dan ma’ kkonvalidax goal favur PAOK fl-aħħar ħinijiet tal-logħba meta l-iskor kien 0-0. Il-President tal-PAOK li kien wieħed minn dawn li niżel fil-pitch jipprotesta deher li marbut ma’ qaddu kellu saħansitra pistola li deher imissha iktar minn darba waqt li beda jersaq lejn ir-referee.

Dan il-President hu Ivan Savvides u huwa meqjuż bħala wieħed mill-aktar nies sinjuri fil-Greċja b’investimenti fil-portijiet tal-Greċja, f’kumpaniji tat-tabakk u fil-Media. Hu deher nieżel fil-pitch imdawwar bil-bodyguards tiegħu. Fortunatament ma kienx hemm konsegwenzi gravi għajr li l-protesti damu madwar 10 minuti. Intant sagħtejn wara li ntemmet il-logħba waqt il-programm sportiv fuq-televiżjoni tal-Istat kien komunikat li r-referee ddeċida li l-goal ikun konvalidat u ingħatat rebħa ta’ 1-0 lil PAOK.

Dan l-inċident qed ikun investigat mill-Federazzjoni Griega tal-Football. Min naħa tiegħu l-Ministru tal-Kultura u Sport Georgios Vassiliadis fi stqarrija qal li l-filmati tal-President ta’ PAOK jidħol fil-Pitch b’pistola jtappnu l-immaġni tal-Football Grieg u tal-football ewropew.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Riżultati tal-ewwel ġurnata Grupp G Rapid Wien 2 – 0 Spartak Moscow  Hawn Artem Timofeev skorja own goal u Thomas Murg għal 2-0 Villarreal 2 –…

Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Aktar