Motorsport
ARA: Ix-xandiriet tal-kumpanija Maltija World Pro Racing fuq ESPN

World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-esports, tissieħeb ma’ ESPN biex jixxandru t-tlielaq fuq stazzjon internazzjonali b’miljuni ta’ segwaci. World Pro Racing ilha topera mill-2017 u pass pass dejjem baqgħat tielgħa sal- quċċata, tikkompeti ma’ kumpaniji oħra b’saħħithom.

It-tlielaq li torganizza WPR dejjem ġew imxandra fuq l-internet b’mod internazzjonali, però  issa t-tlielaq se jintwerew lill-udjenza enormi. Mhux talli hekk biss imma WPR tħares it-tlielaq li torganizza mid-direttur tat-tellieqa li huwa liċenzjat mill-FIA, Adrian Figallo kif ukoll George Muscat. 

Dan huwa suċċess kbir fid-dinja tal-esports speċjalment għal Malta. World Pro Racing qed tiġi mqabbda minn diversi manifatturi tal-Motorsport reali biex torganizzalhom tlielaq virtwali f’isimhom li se jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni oħra. Dan ix-xogħol ried ħafna ħin u determinazzjoni, qal Justin Mifsud id-direttur tal-esports li jieħu ħsieb it-teknoloġija f’WPR kif ukoll direzzjoni tax-xandiriet. Is-sagrifiċċju li ħadna fil-bidu sakemm il- kumpanija tieħu r-reputazzjoni tagħha kienet iebsa ħafna però wasalna s’hawn grazzi għat-tim kollu wara WPR. 

Fil-jiem li ġejjin se jitħabbru tlielaq professjonali li l-pubbliku ser ikun jista’ jara kemm fuq ESPN+ kif ukoll fuq l-internet fil-kumdità ta’ darhom. L-ewwel tellieqa li ser ixxandar WPR hija l- kampjonat tal-Griiip G1 Virtual Series, fejn ser itellqu sewwieqa reali kif ukoll uħud mill-aqwa sewwieqa mondjali fis-sim racing minn diversi pajjiżi, bħal Brażil, l-Italja, is-Slovenja, l-Ingilterra kif ukoll Malta fost pajjiżi oħra. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 is-‘sim racing’ sploda u għen ħafna xufiera tal-Motorsport reali biex ikomplu jitħarrġu kif ukoll jidħlu fid-dinja tal-esports.

L-ewwel tellieq se tkun il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju fit-8pm ħin ta’ Malta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.