COVID-19 Sports
ARA: Jamie Carragher, Gary Neville u Ryan Giggs b’messaġġi lill-Maltin

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin iħeġġu lill-pubbliku sabiex jibqa’ d-dar f’dawn iż-żminijiet diffiċli, fi ġlieda kontra l-Covid-19.

Mhux darba jew tnejn li Carragher u Neville kellhom dibattiti jaħarqu bejniethom, speċjalment fuq il-programmi ta’ Sky Sports. Imma filwaqt li r-rivalità bejniethom fil-grawnd kienet kbira, meta kienu jilagħbu ma’ Liverpool u Manchester United rispettivament, issa qegħdin jingħaqdu flimkien biex iħeġġu lill-Maltin jimxu skont id-direttivi mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Forsi sa qabel ma’ Jamie Carragher għadda l-messaġġ tiegħu, ftit kienu jafu li għandu għeruq Maltin. Carragher qal li nannuh, Paul Vassallo, twieled f’Malta.

Fil-messaġġ tiegħu, Carragher jgħid li għalih huwa diffiċli li jżomm ‘il bogħod minn Gary Neville, wara li issa ilhom ma jaqbdu ma’ xulxin għal diversi ġimgħat.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Luttu gravi fil-familja Gattuso. Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Francesca Gattuso, li tiġi oħt il-kowċ ta’ Napoli u ex plejer ta’ AC Milan Gennaro Gattuso. Hi kellha 37 sena….

Futbol internazzjonali

Ralph Hasenhuttl, il-Manager ta’ Southampton, ġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra sal-2024. Il-Manager ta’ 52 sena ilu fil-kariga għal 16-il xahar wara li kien bidel lil Mark Hughes f’Diċembru…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Odion Ighalo estenda l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester United sa Jannar 2021. Ighalo, ta’ 30 sena, ingħaqad mar-red Devils f’Jannar li għadda mingħand Shanghai Shenhua fiċ-Ċina. L-ewwel kuntratt…

Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Aktar