Futbol lokali
ARA: L-MFA qed tħejji biex timplimenta l-protokol mediku qabel jibda l-istaġun 2020/21

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin jitilgħu bil-polza biex jilagħbu home dawn il-miżuri jkunu maħsuba u implimentati fit-totalita’ tagħhom hekk kif mitlub mill-UEFA fil-protokol tagħha Return to Play.

Fi kliem il-President tal-MFA Bjorn Vassallo l-assoċjazzjoni tinsab lesta sabiex tospita logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA kif ukoll il-logħbiet tat-team nazzjonali Malti home dejjem bil-bibien magħluqa.

Fil-Protokol tal-UEFA l-Assoċjazzjonijiet membri huma obligati wkoll li jaħtru Medical Liaising Officer sabiex jikkordina dan ix-xogħol kollu.

Rigward il-kampjonati domestiċi Vassallo qal li l-MFA qed isegwi kull żvilupp fix-xena lokali u internazzjonali u jinsab ottimist li l-pubbliku ma jdumx ma jirritorna lura jsegwi mill-istadia l-logħbiet lokali.

Il-poloz tal-ewwel rounds ta’ kwalifikazzjoni fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA għat-teams Maltin jitilgħu l-ġimgħa d-dieħla.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

UEFA Europa League: Rd 2 ta’ Kwalifikazzjoni Hibernians…0 Fehérvár…….1 Goal waħdani mas-siegħa logħob ra lil Hibernians eliminati fit-2 Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League minn Fehérvár tal-Ungerija. L-ewwel taqsima rat lill-Ungeriżi fil-parti…

L-MFA illum sejħet lill-media sabiex tagħti l-aħħar dettalji tal-preparazzjonijiet li qed issiru qabel il-bidu tal-kampjonat BOV Premier 2020/21 u r-regolamenti straordinarji li kellhom jidaħħlu f’din in-normalita’ ġdida. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA…

Fin-National Football Stadium ta’ Windsor Park f’Belfast, iċ-champions lokali Floriana llejla jeħduha kontra ċ-champions tal-Irlanda ta’ Fuq Linfield għal post fit-3 Round ta’ Kwalfikazzjoni tal-UEFA Europa League. Floriana sabu ruħhom…

L-Erbgħa filgħaxija saret edizzjoni oħra tal-MFPA Awards li iżda din is-sena kellha ssir b’mod virtwali kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Żgur illi l-aħbar prinċipali hi dwar id-difensur Steve Borg li għal sentejn…

Aktar