Formula 1
ARA: L-Opinjoni ta’ Chris Cauchi dwar iċ-ċirkostanzi preżenti fil-Formula 1

Matul din il-ġimgħa kien hemm diversi żviluppi interessanti fil-kamp tal-Formula 1. Il-Ġimgħa bdiet bl-aħbar li Ross Brawn id-Direttur Mainġerjali tal-F1 kiteb ittra lill-għaxar teams fejn ipproponilhom diversi proposti fl-isfond tal-kriżi COVID-19. Fost il-proposti kien hemm li jidaħħal ‘capping’ ta’ madwar €166 miljun għal kull sena u dan jiżdied b’mod marġinali sas-sena 2025. Miżura oħra sabiex tilqa’ għall-kriżi possibli fil-Formula 1 hi l-prposta li t-teams isuqu bl-istess karozza għal żewġ staġuni konsekuttivi fost bidliet proposti oħra. Fi tmiem din il-ġimgħa kellna wkoll il-konferma li apparti ċ-ċirkwit ta’ Silverstone li se jkun qed jospita żewġ Grand Prix konsekuttivi anke ċ-ċirkwit tal-Awstrija se jkollu żewġ Grand Prix konsekuttivi u dawn mistennija jkunu l-ewwel tnejn tal-istaġun.

Chris Cauchi l-korrispondent tal-Formula 1 għal TVM Sports jaqsam il-ħsibijiet tiegħu mas-segwaċi ta’ dan l-Isport.

Miktub minn...
TVM Sport
.