Futbol internazzjonali
ARA: Lazio jitilfu 3-0 kontra Milan f’Ruma

Serie A: Lazio l-bieraħ filgħaxija tilfu l-opportunita’ li jżommu ‘l pass ma’ Juventus hekk kif fi Stadio Olimpico kienu mgħeluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Milan.
Ir-Rossoneri filvantaġġ mit-Tork Hakan Calhanoglu fit-23 minuta. Zlatan Ibrahimovic għamilhom 2-0 minn penalty ukoll fl-ewwel taqsima. Mas-siegħa logħob Ante Rebic għamel l-iskor finali 3-0. Issa Lazio jinsabu seba’ punti taħt Juventus fil-klassifika meta dawn iż-żewġ teams fadlilhom tmien logħbiet għal tmiem l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wirja kbira minn Bayern Munich ġabet fix-xejn lil Barcelona u forsi temmet erà ta’ tim kbir mimli plejers ta’ klassi li rajna għal dawn l-aħħar snin. Bayern Munich iddominaw il-partita…

Futbol internazzjonali

L-Olandiża Sarina Wiegman se tinħatar kowċ nazzjonali tal-Ingilterra. Wiegman se tkun qed tibdel lil Phil Neville li kkowċja lit-tim nazzjonali Ingliż f’dawn l-aħħar snin. Wiegman se tkun qed tiffirma għall-erba’…

Futbol internazzjonali

Il-winger Brażiljan Willian, sar uffiċjalment plejer ta’ Arsenal. Willian iffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb ta’ Londra. Ta’ 32 sena, Willian ingħaqad mal-Gunners fuq free transfer wara li naqas li…

Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Aktar