Olimpijadi TOKYO 2020
ARA: Will Claye iniedi diska bis-sehem tal-atleti olimpiċi

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple jump, nieda l-kanzunetta bl-għajnuna ta’ diversi atleti, li għalkemm kollha qed iħossu li l-ħolma tagħhom ġiet sospiża, xorta waħda għad għandhom ħerqa kbira li jikkompetu s-sena d-dieħla.

L-Olimpjadi li kellhom isiru das-sajf issa ġew posposti għat-23 ta’ Lulju 2021 u jibqgħu sejrin sat-8 t’Awwissu f’Tokjo, il-Ġappun. Il-pandemija tal-coronavirus qed taffettwa lid-dinja kollha, u mhux b’inqas l-isport inġenerali wara li diversi kompetizzjonijiet ġew ikkanċellati u oħrajn posposti għal dati oħra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA