Futbol internazzjonali
Arbitraġġ Malti għal logħba tal-UEFA Europa Conference League t’għada

Ir-referee Trustin Farrugia Cann ser jikkontrolla logħba tal-UEFA Europa Conference League għada l-Ħamis.

Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio Municipal de Breslavia u tibda fis-19:00.  Il-konfront ser ikun bejn il-Pollakki ta’ Raków kontra l-Litwani ta’ Sūduva.

Ir-referee Farrugia Cann ser jikkontrolla assistit minn Luke Portelli u Duncan Sultana, filwaqt li Stefan Pace ser ikun ir-raba’ uffiċjal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA