UEFA Euro 2020
Arkadiusz Milik barra mill-Euro 2020

L-attakant internazzjonali Pollak u ta’ Olympique Marseille Arkadiusz Milik se jitlef il-Kampjonat Uefa Euro 2020 minħabba injury.

Il-plejer sofra din l-injury fl-aħħar lobgħa tal-istaġun kontra Metz fil-Ligue 1 fi Franza wara li qala’ daqqa fuq irkopptu. Milik kellu jilgħab illejla fil-lobgħa ta’ ħbiberija kontra l-Iżlanda, bħala prova. Milik ikkonferma li sfortunatament l-uġieħ baqa jippersisti waqt it-taħriġ mat-tim, bl-injury tkun konfermata li hi l-meniscus.

Ta’ min isemmi ukoll li l-attakant Krzystof Piatek ta’ Hertha Berlin se jitlef ukoll it-turnament minħabba li kiser l-għaksa.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.