Atletika
Arrestat ir-raġel ta’ Agnes Tirop, l-atleta Kenjana li nstabet mejta

Il-Pulizija tal-Kenja arrestaw lil Emmanuel Rotich, ir-raġel ta’ Agnes Tirop, l-atleta li nstabet mejta f’darha b’daqqiet ta’ sikkina.

Rotich ġie arrestat f’Mombasa u se jitressaq fil-Qorti hekk kif jintemmu l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.

Hu nqabad se jipprva jaħrab mill-pajjiż biex jipprova jevadi l-ġustizzja.

Tirop, ta’ 25 sena, instabet mejta l-Erbgħa li għadda.

Fix-xahar li għadda, Tirop kissret ir-rekord tat-tlielaq tal-10 t’elef kilometru tan-nisa.

Miktub minn...
TVM Sport