Futbol internazzjonali
Arsenal, Chelsea u Sunderland fir-rawnd li jmiss tal-EFL Cup

Arsenal għaddew għar-rawnd li jmiss tal-EFL Cup meta fl-Emirates Stadium għelbu lil Leeds United 2-0. Il-gowls waslu fit-tieni taqsima, l-ewwel minn Chambers fil-55 minuta, imbagħad Nketiah għamilhom tnejn fid-69 minuta.

F’logħbiet oħra, Chelsea rebħu lil Southampton wara l-għoti tal-penalties, meta das-90 minuta l-iskor kien 1-1, u Sunderland ukoll eliminaw lil Queens Park Rangers bil-penalties meta sad-90 minuta l-iskor kien 0-0.

Illejla jintlagħbu numru ta’ logħbiet oħra mill-EFL Cup:

20:45  Burnley – Tottenham H.
20:45  Leicester C. – Brighton
20:45  Preston – Liverpool
20:45  Stoke – Brentford
20:45  West Ham – Manchester City

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA