Futbol internazzjonali
Arsenal interessati fi Chris Smalling

Arsenal tefgħu offerta għall-plejer ta’ Manchester United Chris Smalling. Id-difensur Ingliż jinsab misluf lil Roma sa tmiem l-istaġun u skont rapporti mill-Italja, Arsenal offrew somma lir-rivali Manchester United sabiex meta Smalling jirritorna l-Ingilterra, jmur fl-Emirates Stadium. Skont il-Corriere dello Sport, il-Gunners iridu jsaħħu l-iskwadra, b’mod speċjali d-difiża, u l-manager Arteta jixtieq lil Smalling.

Min-naħa tiegħu d-difensur Ingliż jinsab ħerqan biex jirritorna l-Ingilterra speċjalment f’dan iż-żmien diffiċli, u għalkemm s’issa kellu staġun tajjeb ma’ Roma, xorta waħda jixtieq li jmur lura d-dar. Minbarra Smalling, Arteta jixtieq ukoll lid-difensur William Saliba, u dan wara li l-Gunners kellhom jissellfu żewġ difensuri f’Jannar li għadda, lil Pablo Mari u Cedric Soares minħabba l-problemi f’dak id-dipartiment.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħeġġet lill-Assoċjazzjonijiet Ewropej biex ma jipposponux il-kampjonati tagħhom wara li l-uffiċjali ħabbru li l-pjan hu li l-futbol jerġa’ jibda f’Lulju li ġej. Il-UEFA, il-European Club Association u l-European Leagues…

Futbol internazzjonali

Bayern Munich immultaw lid-difensur Jerome Boateng talli ħareġ mill-belt ta’ Munich biex imur jara lil ibnu li jinsab ma jiflaħx. Boateng kiser il-Liġi tal-lockdown li bħalissa hemm fil-Ġermanja. Fi stqarrija,…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tal-futbol tal-Premier League għandhom jaqblu dwar tnaqqis fis-salarju. Dan qalu Matt Hancock, is-Segretarju tas-Saħħa fl-Ingilterra. Hancock qal dan fiż-żmien li l-coronavirus waqqaf il-futbol fl-Ewropa kollha u mhux biss fl-Ingilterra….

Futbol internazzjonali

Filwaqt li l-futbol madwar l-Ewropa jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus, ħafna pajjiżi qed jiffukaw li jkomplu l-kampjonati domestiċi tagħhom matul Lulju u Awwissu. Il-UEFA ħeġġet lill-assoċjazzjonijiet membri fi ħdanha sabiex…

Aktar