Futbol internazzjonali
Arsenal jingaġġaw tifel t’4 snin fl-Akkademja

Arsenal ingaġġaw wieħed mill-iżgħar plejers li qatt kellu l-klabb. Fl-età t’4 snin, Zayn Ali Salman sar l-iżgħar plejer fl-Akkademja tal-Gunners. Filwaqt li għadu jattendi n-nursery, scouts t’Arsenal ntbagħtu biex isegwu lit-tfajjel u baqgħu mistagħġba bit-talent tiegħu, tant li beda jdur u jgħaqqadha ma’ subien li għandhom id-doppju tiegħu fl-età.

Min jaf jekk għadx nisimgħu bit-talent ta’ dan it-tfajjel fil-futur?!

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA