Futbol internazzjonali
Arsenal jirbħu 3-1 kontra Leicester City

Kienet lejla pożittiva għall-Gunners fl-Emirates Stadium meta laqgħu għandhom lil Leicester City u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1.

Kienu Leicester li marru fil-vantaġġ mal-31 minuta b’auto-goal ta’ Bellerin, imma eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Ġermaniż Ozil għamel l-iskor indaqs għal 1-1.

Fit-tieni taqsima Arsenal kienu aħjar u b’doppjetta ta’ Aubameyang huma rnexxilhom idawru r-riżultat favur tagħhom għal 3-1. Il-goals ta’ Aubameyang waslu fit-63 u s-66 minuta. It-tielet goal tal-Gunners kien wieħed mill-isbaħ, b’diversi passes mgħaġġla bl-aħħar pass jasal għand il-plejer mill-Gabon li f’lasta vojta ma żbaljax. B’din ir-rebħa Arsenal telgħu fir-raba’ post tal-klassifika, bl-istess punti daqs it-tim l-ieħor minn Londra, Chelsea, u t-tnejn għandhom 21 punt, żewġ punti taħt Manchester City u Liverpool.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar