Futbol internazzjonali
Arsenal ser iwaqqfu 55 impjegat minħabba l-effetti tal-pandemija

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb qiegħed jinnegozja pakkett u kuntratt ġdid ma’ Pierre-Emerick Aubameyang, mhux l-istess qed jagħmel mal-ħaddiema li 55 minnhom ser jispiċċaw barra. Fi stqarrija maħruġa mill-klabb, din hija waħda mill-miżuri li l-Gunners qed jieħdu b’riżultat tal-pandemija tal-Covid-19. Din l-istqarrija xejn ma niżlet tajjeb ma’ numru kbir ta’ partitarji li kkritikaw lill-klabb li filwaqt li jħallas l-eluf fil-ġimgħa lill-plejers, seer ikeċċi lill-istaff għax qed jgħid li mhemmx flus. It-tmexxija t’Arsenal qed tgħid li sar dak kollu possibbli sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, imma issa trid tittieħed ċertu responsabbilità sabiex il-klabb jibqa’ sostenibbli.

L-istaġun li għadu kif spiċċa xejn ma kien sodisfaċenti għal Arsenal li spiċċaw fit-8 post, imma mbagħad ġabru kollox bir-rebħ rekord tal-14-il FA Cup fl-istorja tal-klabb. Il-partitarji tal-Gunners jinsabu rrabjati għaliex pereżempju, Mesut Ozil qiegħed jitħallas £350,000 fil-ġimgħa u ilu ma jilgħab minn Marzu li għadda. Barra minn hekk, qiegħed jiġi offrut pakkett sabiħ mill-aspett finanzjarju lil Aubameyang filwaqt li l-klabb qed jipprova jixtri lil Willian mingħand Chelsea.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Illum, il-midfielder Thiago Alcantara mistenni jkun ippreżentat lill-media bħala l-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd jidher li biddel fehmtu fl-aħħar sigħat sabiex jingħaqad ma’ Jurgen Klopp. F’saga ta’…

Aktar