Futbol internazzjonali
Arsene Wenger jgħid li l-proposta biex it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn qed tintlaqa’ tajjeb

Arsene Wenger qal li l-proposta tal-FIFA biex it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn qed ikollha rispons tajjeb.

L-ex manager ta’ Arsenal huwa l-persuna mqabbad mill-FIFA biex jieħu ħsieb dan il-proġett li jista’ jwassal li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn flok kull erba’ snin.

Wenger se jkun qed jiltaqa’ ma’ 80 persuna li huma ex plejers u kowċis biex jieħu l-opinjonijiet tagħhom dwar dan il-proġett ġdid.

Wieħed mill-ex plejers li diġà tkellem fl-apert dwar dan hu l-ex Champion tad-Dinja tal-Brażil, Ronaldo.

L-ex plejer tal-Awstralja Tim Cahill u l-ex gowlkiper tad-Danimarka wkoll huma favur Tazza tad-Dinja kull sentejn.

Minkejja dan, s’issa l-pjani ta’ Wenger sabu oppożizzjoni mill-UEFA u mill-World Leagues Forum.

 

Miktub minn...
TVM Sport