Futbol lokali
Arthur Faria Macado deċiżiv għal Balzan f’rebħa fuq Gudja Utd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan……………1

Gudja……………0

Partita b’objettivi l-istess għaż-żewġ teams dik li jiġbru tlett punti biex jinqalgħu  mill-qiegħ tal-klassifika. Balzan u Gudja li tnejn kellhom qabel dan il-konfront biss 4 punti. Balzan kienu ġejjin minn żewġt telfiet konsekuttivi kontra Valletta u Gżira filwaqt li Gudja kienu ġejjin minn telfa kontra l-leaders Floriana. Jacques Scerri għamel xi tibdil fejn il-GK fil-formazzjoni llum kien Sean Mintoff bejn il-lasti minflok Kristjan Nawmovski filwaqt li Paul Fenech kien sospiż. 

Fit-tnax –il minuta kien hemm xutt ta’ Mensah il-ballu li għadda barra.

Fil-ħmistax –il minuta il-plejer Steve Pisani għal Balzan ta l-ballun lejn Bozovic b’dan ta l-aħħar tentattiv li jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Aquilina. Jibqgħu jinsistu Balzan u reġa kien hemm xutt perikoluż mill-bogħod ta’ Correa u safe spettakolari ta’ Timothy Aquilina. Fis-seba u erbgħin minuta konkużjoni ta’ Effiong ballun li wasal f’idejn Timothy Aquilina.

Sebgħa u ħamsin minuta azzjoni ta’ Balzan pass fit-tul lejn Dimic xutt tiegħu jilqa’ parzjalment il-GK Aquilina biex ballun reġa’ wasal f’sieq Dimic pero’ t-tentattiv ġie mitluf. 

Balzan fetħu l-iscore mas-sittin minuta logħob ballun li wasal tajjeb għand Alfred Effiong jagħti cross fin-nofs, ballun li seta’ ġie mitluf madankollu daħal fil-ħin opportun Arthur Faria Maċado b’dan ikkonkluda fil-baxx wara Aquilina għal 1-0. Fit-Tlieta u tmenin minuta freekick minn Steve Pisani ballun spiċċa f’idejn il-GK Aquilina.

Riżultat finali: BALZAN    GUDJA  0. 

Referee: Stefan Pace.

BOV Player tal-Logħba: Riccardo Calixto Correa Duarte.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja ………0 Valletta……1 Rebħa għat-team belti bi skor minimu fuq it-team ta’ Gudja jara lil Valletta jakkwistaw it-tielet rebħa dan l-istaġun. L-ewwel azzjoni tal-partita waslet mat-8…

Futbol lokali

MAFA KAMPJONAT TAT-TIENI DIVIŻJONI 2019/2020 L-attakkant Ali Hassan Agid kien il-protagonista prinċipali fid-debutt tal-ħolm ta’ Tarxien AFC meta għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 4-0. Hekk kif ingħata bidu għall-kampjonat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara……..1 Gżira UTD…….3  Gżira United ħadu t-tielet rebħa infila u baqgħu mhux megħluba meta fit-tieni logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma rebħu kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1….

Aktar