Oħrajn
Arti Marzjali: Conor McGregor jitressaq fil-Qorti minħabba ġlied f’ħanut tax-xorb, f’Dublin, fl-Irlanda

Conor McGregor tressaq fil-Qorti ilbieraħ akkużat li f’April li għadda ġġieled u sawwat raġel innoċenti f’ħanut tax-xorb, f’Dublin, fl-Irlanda.

Il-ġellied Irlandiż ta’ 31 sena, tressaq il-Qorti Dublin District flimkien mal-Avukat tiegħu li mal-ewwel talab biex il-każ jiġi aġġornat għall-ewwel ta’ Novembru.

Wieħed mill-Pulizija xhieda ressaq il-Qorti filmat tal-ġlieda li kien involut fiha McGregor.

Il-Maġistrat qalet lil McGregor li sakemm jerġa’ jidher fil-Qorti, se jibqa’ jinżamm taħt arrest.

Dan ma kienx l-ewwel każ li McGregor tressaq fil-qrati minħabba ġlied u vjolenza fuq nies oħra kull meta jitlef rasu.

Il-media internazzjonali qed tisħaq li Conor McGregor jista’ jaħel sa ħames snin ħabs.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Aktar