Sport Lokali
Arti Marzjali: Vincent Busuttil f’pajjiżna b’lezzjonijiet f’diversi dixxiplini

Bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej se jsiru klassijiet speċjali fl-Arti Marzjali, fosthom fil-Karate mill-Malti-Awstraljan Vincent Busuttil.  B’esperjenza ta’ ‘l fuq minn 40 sena f’diversi dixxiplini tal-Arti Marzjali, Vincent Busuttil se jkun qiegħed iħarreġ lil dawk li ser jattendu għal dawn il-klassijiet speċjali. Fil-karriera tiegħu huwa kiseb diversi Black Belts, u f’dawn l-aħħar snin tefa’ l-attenzjoni kollha tiegħu fuq it-tagħlim tal-Arti Marzjali.

L-Arti Marzjali tinkorpora fiha l-Goju Ryu Karate, Judo, Brazilian Jujitsu, Japanese Jujitsu, Boxing u Kickboxing. Il-filosofija ta’ Busuttil  tiffoka fuq tlett aspetti: il-lat fiżiku, dak psikoloġiku, kif ukoll il-lat spiritwali (il-ġisem, il-moħħ u l-ispirtu). Mil-lat fiżiku l-Arti Marzjali tinvolvi x-xjenza tal-fiżjoloġija, teknika, forom, kapaċitajiet avvanzati ta’ difiża personali, u saħħa fiżika.

Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu lil Adrian Axisa fuq 99256363 jew tibagħtu e-mail fuq [email protected]

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra,…

Ċikliżmu

L-Organiżaturi tat-Tour tad-Danimarka kkonfermaw li ħassru t-Tour ta’ din is-sena hekk kif il-Gvern Daniż naqas li jagħti direzzjoni fuq dan l-avveniment. Oriġinalment it-Tour kellu jsir bejn il- 11 u l-15…

Futbol internazzjonali

Il-Ġurnal Sunday Times ta’ Londra illum ippublika rapport tal-kumpanija Edge Health li tanaliżża l-ħidma u l-istatistika tal-NHS, fejn din il-kumpanija ħarġet bil-konklużjoni li l-logħba taċ-Champions League bejn Liverpool u Atletico…

Atletika

L-istilla tal-Afrika t’Isfel tal-atletika Luvo Manyonga, rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb fil-Kampjonati Dinjija tal-2017, reġa’ xellef idejh mal-ġustizzja meta din id-darba nqabad taħt effett qawwi tal-alkoħol. Manyonga kien rebaħ ukoll il-Midalja tal-Fidda…

Aktar