Futbol internazzjonali
Arturo Vidal jingħaqad ma’ Barcelona

It-tim ta’ Barcelona ffirmaw lill-midifielder internazzjonali Ċilen Arturo Vidal mingħand iċ-ċampjins Ġermaniżi Bayern Munich. Vidal, li għandu 31 sena u lagħab 100 logħba għal pajjiżu fejn fihom skorja 24 goal, iffirma tliet snin kuntratt mat-tim Katalan. Għalkemm xejn ma kien konfermat, il-media Spanjola qed tgħid li Barcelona ser iħallsu s-somma ta’ €18-il miljun, li tista’ titla’ għal €21 miljun.

Vidal kien ingħaqad ma’ Bayern lura għall-2015 mingħand Juventus, fejn wara 124 logħba mal-klabb skorja 22 goal, u rebaħ il-Bundesliga tliet darbiet, it-Tazza Ġermaniża kif ukoll żewġ Supercups domestiċi. F’kummenti li ta wara li kien ippreżentat lill-media, Vidal qal li jinsab ottimist li fit-tliet snin kuntratt li għandu, qiegħed jistenna li jirbaħ iċ-Champions League għal tliet darbiet. L-aħħar darba li Barcelona rebħu ċ-Champions League kien fl-2015, inċidentalment kontra l-istess Juventus li dakinhar Vidal kien jilgħab magħhom u allura kien fuq in-naħa telliefa. Minn dakinhar sal-lum, it-tazza dejjem baqgħet Spanja, meta t-tim ta’ Real Madrid rebaħha għal tliet staġuni konsekuttivi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks Captain internazzjonali ingliż David Beckham se jkun mogħti l-UEFA President’s Award għas-sena 2018 bħala rikonoxximent mhux biss għall-karriera professjonali tiegħu bħala player iżda wkoll għall-impenn umanitarju li daħal għalih….

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed Salah, huma t-tliet finalisti għall-unur tal-Plejer tas-Sena 2018 tal-UEFA. Il-lista finali tal-aħħar tliet plejers ivvutaw għaliha l-kowċis nazzjonali kollha minn madwar l-Ewropa. Cristiano Ronaldo…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Burnley 1 – 3 Watford Manchester City 6 – 1 Huddersfield Town Brighton & Hove Albion 3 – 2 Manchester United

Futbol internazzjonali

Il-FIFA tat ultimatum ta’ 24 siegħa lill-Federazzjoni tan-Niġerja sabiex tistabilixxi lura s-serenita’ u t-tmexxija demokratika fil-Federazzjoni tal-football tagħha. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat grupp ta’ amministraturi li kienu qed jopponu…

Aktar