Waterpolo
ASA: Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għall-kariga ta’ President

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Novembru se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA, fejn il-President attwali Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga u allura se jkun elett fil-kariga ta’ President għat-tielet terminu, dan wara li kien hu biss li tefa’ n-nomina meta għalaq iż-żmien stipulat.

Fl-istess laqgħa hemm skedati li jsiru żewg elezjonijiet oħra, dik ta’ Teżorier kif ukoll Viċi President għall-Amministrazzjoni u Żvilupp.

Filwaqt li għal darb’oħra ħadd ma ġie nominat għall-kariga ta’ Teżorier fejn l-ASA ilha ma jkollha Teżorier għal dawn l-aħħar snin, il-paġna ta’ Swim Up fuq Facebook qed tirraporta li għall-kariga ta’ Vici President hemm in-nomina biss ta’ Carlo Mifsud li bħal issa jokkupa l-kariga ta’ Segretarju ta’ San Ġiljan ASC.

Jidher li l-Viċi-President attwali, Alan Bonello ma tefax in-nomina tiegħu għal din il-kariga.

Dan ifisser li jekk Mifsud jiġi kkonfermat mill-Laqgħa Ġenerali ikollu jirriżenja minn Segretarju ta’ San Ġiljan ASC fejn ilu Segretarju għal dawn l-aħħar 4 snin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar