Ashley Cole jirtira min-Nazzjonal – Man Utd joffru £27 miljun għal Luke Shaw

Il-full back veteran ta’ Chelsea Ashley Cole irtira mit-Tim Nazzjonali Ingliż wara li sar jaf li tħalla barra mill-iskwadra finali tat-23 plejer li iktar tard illum se jsejjaħ il-kowc nazzjonali Ngliż Roy Hodgson.

B’kollox Ashley Cole lagħab 107 darbiet bil-flokk nazzjonali, u rrapreżenta lil pajjiżhu fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.

Sadanittant fl-irwol ta’ Ashley Cole, biex jagħmel parti mill-iskwadra Ngliża li ftit ġimgħat oħra titlaq lejn il-Brazil, se jiġi msejjaħ il-full back żagħżugh interessanti ta’ Southampton Luke Shaw.

Ashley Cole qal li l-bieraħ fil-għaxija irċieva telefonata mingħand il-kowċ nazzjonali nnifshu Roy Hodgson fejn aċċetta bi professjonalita kbira d-deċiżjoni tiegħu, u tenna li jifhem li issa żmienu għadda, u qed jaċċetta li jagħmel spazju lil plejers iktar żgħażagh.

Sadanittant dwar Luke Shaw, tard il-Ħadd fil-għaxija, Southampton irċivew talba uffiċjali ta’ £27 miljun sterlina mingħand Manchester United għas-servizzi tal-plejer.

Issa li spiċċa l-Barclays Premier League, jiskatta l-perjodu tas-suq tat-trasferimenti, b’diversi klabbs li qed jittamaw li jkunu attivi f’dawn l-erba ġimgħat li fadal qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar