Motorsport
ASMK: Issir l-ewwel attivita Autocross bil-lejl

Nhar is-Sibt  l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi tiftaħ l-istaġun tas-sajf billi tibda torganizza l-attivitajiet tard is-Sibt fil-għaxija sa tard bil-lejl. F’dawn iż-żmienijiet tas-sena l-Assoċjazzjoni taqleb bl-attivitajiet fil-għaxija minħabba it-temp sħun ħafna f’dan iz-zmien tas-sena. Din l-azzjoni tkun ta vantaġġ għal l-ispettaturi fejn is-sewqan issir taħt id-dawl artifiċjali kif ukoll ikun ta vantaġġ għas-sewwieqa u l-vetturi minħabba t-temperaturi iktar baxxi fil-għaxija li jkunu iktar vantaġġjużi għal magni tal-vetturi li jkunu qed jipparteċipaw.

L-attivita tas-Sibt 9 ta’ Ġunju hija l-għaxar waħda mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Din l-attivita tibda fis-7. 00pm u tibqa sejra sa tard bil-lejl.

Intant nhar is-Sibt li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat il-Finali Autocross Modified Klassi A li kienet għadha pendentmill-attivita tas-26 ta’ Novembru 2017. Ir-riżultat ta din il-Finali juri lill Andrew Pisani fuq Vaxuhall Nova rebaħ din il-finali segwit min Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Fit-tielet u raba post spiċċaw Noel Zammit fuq Fiat Punto u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo.

Ħarsa lejn il-klassifika wara din il-Finali Autocross wara disa attivitajiet naraw opportunita miftuħa bejn 5 kompetituri minkejja li bħalissa Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo jinsab jillidja din il-klassifika b’181 punt. Vince segwit min Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Karl Micallef fuq Ford Fiesta b’163 punt kull wieħed. Il-klassifika tkompli turi lill Noel Zammit fuq Fiat Punto b’155 punt filwaqt li Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova għandu 151 punt.

Fil-Klassi Autocross Standard naraw lill Deane Farrugia fuq Citroen AX jillidja b’60 punt segwit min Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 b’47 punt u Johann Vella fuq Opel Nova b’27 punt.  Il-klassifika tkompli turi lill Kyle Agius fuq Renault Campus b’21 punt u Jerome Peplow fuq Kia Avella u Chris Formosa fuq Ford Fiesta 19 il-punt kull wieħed.

Intant 5 Riders Maltin ħadu sehem f’attivita Enduro ‘Red Bull Hare Scramble’ ġewwa Erzberg fl-Awstrija fejn it-tim Malti kellu dawn il-kompetituri. Jamez Zahra u Gary Debono it-tnejn fuq muturi Sherco, Bernard Sammut u Matthew Gauci it-tnejn fuq muturi Beta u Ian Scicluna fuq mutur KTM.

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-ħames Riders kellhom jikkumbattu ma iktar minn 1500 kompetitur min madwar id-dinja li bdew jikkompetu f’din l-attivita. It-tim Malti fil-ġurnata tas-Sibt irnexielu jikkwalifika b’erba riders min 5 li għaddew għas sezzjoni Finali ta 500 rider. Sammut ikkwalifika fil-182 post, Zahra spiċċa 194 post, Gauci spiċċa 223 post u Debono spiċċa 359 post filwaqt li Scicluna spiċċa fis-680 post u spiċċa eliminat f’din is-sezzjoni minħabba ħsara mekkanika. Kontestanti Maltin li marru qabel fl-aħħar 3 snin qatt ma kien irnexxielhom jidħlu f’dan il-grupp ta 500 Finalist għat tiġrija tal-Ħadd, twila 4 siegħat izda it-taħrig u preparazzjoni għall din l-attivita taw rizultati pozittivi.

Fil-Finali tal-Ħadd ta din is-sena ir-Riders Maltin marru tajjeb hafna. Il-Klassifika Finali turi li l-kompetituri Maltin ġabu dawn ir-rizultati rispettabbli ħafna. Matthew Gauci spiċċa fil-post 134 u rnexxielu jgħaddi il 15 il-Checkpoint minn 20. Bernard Sammut rebaħ il-160 post, James Zahra rebaħ fil-post 182 waqt li Garry Debono daħal fil-257 post minn 500 rider. Dawn huma rizultati posittivi meta wiehed ikun jaf li 9 kompetituri biss irnexxielhom jispiċċaw it-tiġrija sal-aħħar u bla dubju dawn ikunu l-aqwa Enduristi tad-dinja fil-prezent.

Miktub minn...
TVMSports