ASMK: It-Tielet attivita’ bil-karozzi Autocross fix-Xewkija Għawdex

Matul tmiem il-gimgha li ta’ bejn il-Gimgha 9 u l-Hadd 11 ta’ Settembru 2016 l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat b’success it-Tielet attivita bil-karozzi Autocross fix-Xewkija Ghawdex. Din l-attivita saret bil-Kolaborazzjoni u l-għajuna tal-Ministru għal Għawdex li aktar kmieni din is-sena offra s-sapport tiegħu għal zewgt attivitajiet li l-ghaqda taghna organizzat, dik bil-muturi Enduro li saret f’April u din tal-Karozzi li saret nhar il-Hadd.

Ix-Xoghol fuq il-korsa temporanja ghal Karozzi dam sejjer gimgha b’diversi xogholijiet li saru bil-ghajnuna ta’ haddiema tal-Gvern u l-Ufficjali tal-ASMK. Dan sar b’thaddim tajjeb ta rizorsi u makkinarju kemm li ghandha l-ASMK u makkinarju iehor li matul din il-gimgha gew min diversi benefatturi u mill-Ministeru f’Ghawdex.

L-Assocjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill Gozo Horse Racing Association li accettaw it-talba tal-ASMK ghall uzu ta parti mil-korsa biex tinbidel f’korsa temporanja ghal-karozzi Autocross. Dan sar ghall ftit jiem. Grazzi wkoll tal-koperazzjoni li kellna mill-Korp tal-Pulizja, mid-Dipartiment tax-Xogholijiet f’Ghawdex, mill Gozo Sports Board, Road Construction Ltd, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u fl-ahhar u mhux l-inqas grazzi specjali lill Familja Apap mir-Rabat li assistew lill l-Ufficjali tal-ASMK f’kull problema li ltaqghu maghha matul din il-gimgha ta thejjija tal-korsa temporanja.

L-Ghan principali ta din l-attivita kienet biex jingabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Arka. Grazzi ghal generozita tal-ispettaturi li attendew ghall din l-attivita ta darba fis-sena u daqstant  ikkontribwixxew bid-donazzjoni tahhom tant li ngabret is-somma ta’ €1020.00. Waqt il-prezentazzjoni lir-rebbieha il-President tal-ASMK fil-prezenza ta’ Dun Michael Galea habbar is-somma migbura fi-tliet sieghat. Dun Michael irringrazzja lill l-Ghaqda u l-membri ghal din id-donazzjoni b’risq il-Fondazzjoni ARKA li ngabret fi ftit sieghat.

Waqt il-prezentazzjoni tat-trofej lill kompetituri rebbieha kien hemm ukoll il-President tal-Gozo Horse Racing Association Ms. Mary Mifsud u l-Kap Ezekuttiv tal-Gozo Sports Board is-Sur Alvin Grech. Il-President tal-G.H.R.A. ghamlet kelmtejn tal-okkazzjoni fejn irringrazzjat lill-Ufficjali tal-ASMK fejn dawn urew hila jibdlu l-kumpless tal-korsa taz-zwiemel f’wahda ghall karozzi Autocross biex takkomda s-sewwieqa delletanti Maltin u Ghawcin flimkien. Is-Sinjura Mifsud qalhet li se tkompli tahdem mal-ufficjali tal-ASMK biex attivitajiet simili jkomplu jsiru fiz-zmien li gej. Is-Sur Alvin Grech qal huwa ta pjacir li jara Ghaqdiet bhal l-ASMK jikkontribwixxu fit-Turizmu Sportiv f’Ghawdex kif ukoll huwa ta pjacir li l-Gozo Sports Board jassisti attivitajiet Sportivi ta dan it-tip. Huwa awgura lill ASMK fejn ghat-tielet sena konsekuttiva organizzat attivitajiet bil-karozzi u Muturi f’postijiet diversi madwar Ghawdex. Is-sur Alvin irringrazzja lill kullhadd specjalment lill Ufficjali li rnexxilom fi ftit jiem ibiddlu area fil-korsa taz-zwiemel f’kumpless sportiv tal-Motorsport u tal-organizzazjoni eccellenti.

Frans Deguara President tal-Ghaqda irringrazzja lill kullhadd u qal jekk l-ghajnuna tkun provduta l-Assocjazzjoni terga torganizza avvenimenti bhal dawn kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f’Ghawdex matul is-sena li gejja.

Intant harsa lejn x’gara matul il-gurnata tal-Hadd fejn 41 kompetitur irregistraw ghal din il-kompetitzzjoni maqsuma f’erba klassijiet dik Autocross bis-sewwieqa Maltin u klassi ohra bis-sewwieqa Ghawcin, Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin u Ghawcin kif ukoll klassi gdida Super Class li giet introdotta ghal l-istagun li gej.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Maltin rajna lill Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta jirregistra l-ghola puntagg tal-gurnata minkejja li ma rebahx il-Heats kollha tal-gurnata xorta kien l-ewwel sewwieq li ssigilla posthu fil-finali klassi A tal-gurnata. Mieghu kkwalifikaw Andrew Pisani fuq Opel Nova, Philip Joe Vella fuq Opel Corsa, Christian Mario Apap fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Terence Azzopardi fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta din il-finali rajna lill Pisani johrog fuq quddiem segwit minn Vella u Azzopardi. L-attenzjoni marret fuq Gauci li mill-ahhar post beda javvanza pozizjoni wara l-ohra sakemm kif wasal isegwi lil leader Azzopardi, Gauci spicca jirtira minhabba hsara teknika. Rizultat finali:- Pisani jirbah segwit min Vella u Azzopardi. Fir-raba post spicca Apap segwit minn Grech fil-hames post.

Fl-Autocross Finali klassi B rajna lill Noel Zammit fuq Fiat Punto jirbah din il-finali segwit min Gordon Johnson fuq Opel Corsa filwaqt li Joseph Micallef fuq Renault 5 spicca l-finali fit-tielet post.

Fl-Autocross bis-sewwieqa Ghawcin rajna lill Marvin Grima fuq Opel Corsa jirbah il-gurnata segwit minn Frank Cefai fuq Ford Escort. Fit-tielet post spicca Chris Sultana fuq Nissan fil-waqt li fir-raba post spicca Matthew Saliba fuq Ford Escort.

Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin u Ghawcin kienet mirbuha minn Ian Fenech fuq Citroen segwit minn Quinn Camilleri fuq Peugeot 106. Fit-tielet post spicca Nickovich Chircop fuq Peugeot 206, fir-raba post spiccat Katrina Zammit fuq Renault 5 filwaqt li fil-hames post dahal Melvin Buttigieg fuq Citroen AX.

Fl-Autocross Super Class rajna l-ewwel zewg partecipanti jirregistraw:- Godwin Martin fuq Opel Corsa jirbah din il-klassi segwit min huh Joseph Martin fuq Ford Escort.

Miktub minn...
TVM Sport
.