Motorsport
ASMK: Matthew Gauci jsir Champion fil-kampjonat nazzjonali Wotomoto Enduro

Nhar il-Ħadd li għadda 22 ta’ Ġunju 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Mutur u Karozzi kompliet bl-aħħar impenji mil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019.

Din l-aħħar attività ġiet organizzata fil-Barriera tal-Fawwara u dan grazzi għal Schembri Barbros li jippermettilna l-uzu tal-lokalita. 17-il kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni li kienu maqsuma f’erba klassijiet.

Matul il-ġurnata rajna lil kompetituri jagħmlu l-ewwel provi fuq korsa twila 3 kilometri. Matul il-Pole Position rajna lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jirreġistra l-inqas u l-ewwel ħin tal-ġurnata segwit min Matthew Gauci fuq mutur Beta u lill Garry Debono fuq mutur KTM.

Il-ġurnata kompliet fejn kien hemm stennija kbira x’kien ser jizviluppa biex jiġi maruf iċ-champion 2018/2019 tal-Moto Enduro. Din it-taqtiha kienet bejn Sammut u Gauci fejn dan tal-aħħar kien b’vantaġġ zgħir fuq Sammut imma xorta f’din il-ġurnata kien kruċjali biex Gauci jieħu dan it-titlu.

Fl-ewwel Heat uffiċjali rajna lil Gauci jaħsad lil Sammut billi dan irreġistra l-ewwel l-aħjar ħin ta’ 3 minuti 2.044 sekondi segwit min Sammut bil-ħin ta 3 minuti 5.456 sekondi. Dawn kienu segwiti min Aidan Camilleri fuq KTM b’ħin ta 3 minuti u 29.95 sekondi.

Fit-Tieni Heat uffiċjali rajna lil Gauci jkompli itejjeb il-ħin tiegħu fejn irnexxielu inizzel il-ħin tiegħu għal taħt iz-zewġ minuti b’ħin ta’ 2 minuti 53.704 sekondi segwit min Sammut li wkoll tejjeb il-ħin tiegħu taħt iz-zewġ minuti b’ħin ta 2 minuti 57.03 sekondi. Gauci u Sammut matul din il-Heat kienu segwiti min Garry Debono b’ħin ta 3 minuti 19.038 sekondi.

Fir-rizultat finali tal-ġurnata ‘overall’ Matthew Gauci fuq mutur Beta rebaħ din l-attivita u b’hekk sar Ċampjin għal l-ewwel darba fil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro tal-2018/2019. Matul dan l-istaġun Gauci irnexielu jirbaħ tliet attivitajiet min sitta waqt li fit-tlieta l-oħra rebaħ zewġ events fit-tieni post u waħda fit-tielet post. B’hekk Gauci għalaq il-klassifika Nazzjonali b’107 punti segwit min Bernard Sammut fuq mutur Beta. Sammut rebaħ it-titlu ‘Runner-up’ tal-Klassifika b’total ta 94 punt. Tul dan l-istaġun Sammut kien sfurzat jitlef attivita minħabba inċident li kellu minkejja li rnexielu jirbaħ tliet attivitajiet min  ħamsa li ħa sehem fijhom waqt li fit-tnejn l-oħra rehaħ it-tieni post.

F’rizultati oħra tal-klassijiet kellna lill Aidan Camilleri fuq mutur KTM li rebaħ il-klassi B segwit min Gabriel Muscat fuq mutur KTM u lill Roger Grima fuq mutur Honda li spiċċa fit-tielet post. Fil-Klassi C rajna lil Klye Stone fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi segwit min Kurt Muscat fuq mutur Yamaha. Fil-klassi Juniors rajna lil Julian Scicluna fuq mutur Oset electric jirbaħ din il-klassi segwit min Antonie Muscat fuq mutur KTM.

L-Assoċjazzjoni tawgura liċ-champion 2018/2019 Matthew Gauci u tirringrazzja lil kompetituri kollha u li Sponsor Ewlieni WotoMoto li għal darbaoħra għamlu dan il-Kampjonat suċċess. Il-Kampjonat Wotomoto Enduro 2019/2020 jirritorna f’Ottubru li ġej.

Il-Kumitat Amministrativ tal-ASMK għalaq ir-reġistrazzjoni tal-‘Van Demolition Derby 2019’. Għal din l-edizzjoni hemm 16 il-kompetitur li mistenija jieħdu sehem fl-attivita li ħa issir is-Sibt 13 ta’ Lulju 2019 tard fil-għaxija taħt id-dawl artifiċjali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Bejn il-Ħamis 11 u s-Sibt 13 ta Lulju, fit-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħal…

Motorsport

Il-Grand Prix Awstraljan ser jibqa’ jsir fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park minn tal-inqas sal-2025. Dan iċ-ċirkwit dejjem kien l-ewwel wieħed li jiftaħ l-istaġun tal-Formula 1 sa mill-1996, biss fl-aħħar xhur kien…

Motorsport

Is-sewwieq Franċiż Jean-Eric Vergne ddefenda t-titlu tal-Formula E meta fl-aħħar tellieqa fi New York huwa rnexxielu jispiċċa fis-7 post u ġabar biżżejjed punti biex rebaħ l-istaġun. B’hekk Vergne sar l-ewwel…

Motorsport

Aktar minn 80 sewwieq se jikkompettu fit-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far. Għal dan ir-rawnd hemm stennija kbira,…

Aktar