Futbol lokali
UEFA Europa League: Astana jgħaddu mingħajr problemi

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1.

Valletta kellhom diversi plejers neqsin għal din il-partita b’Bonello, Kaljevic, Malano u Caruana imweġġgħin u b’Borg li kien qed jiskonta l-aħħar logħba ta’ sospensjoni.

Astana mal-ewwel kienu perikolużi tant li fil-ħames minuta kien Sigurjonsson li għadda lejn l-aqwa skorer tat-tim Marin Tomasov li x-xutt angolat tiegħu ġie milqugħ minn Yenz Cini li kien qed jilgħab flok l-imweġġa’ Henry Bonello.

Fis-seba’ minuta reġa’ kien il-keeper Belti li salva tajjeb daqqa ta’ ras ta’ Ivan Maevski.

Valletta kellhom gowl imħassar ta’ Mario Fontanella wara li wettaq irregolarita’ aktar qabel.

Astana baqgħu konsistenti tant li fil-25 minuta huma marru fil-vantaġġ. Kien Roman Murtazayev li rċieva tajjeb fil-kaxxa u b’xutt meqjus tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fil-31 minuta kellna reazzjoni Beltija b’xutt ċentrali ta’ Mario Fontanella li Nenad Eric laqa’ tajjeb.

Minkejja kollox reġgħu kienu t-tim mill-Kazakhztan li rdoppjaw l-iskor meta Marin Tomasov rċieva through pass tajjeb u bid-difiża Beltija maqbuda fuq sieq waħda, kellu ċ-ċans jiddepożita l-ballun f’lasta vojta.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Astana 2-0 minn fuq.

Bil-partita mirbuħa u mitlufa, ir-ritmu tal-logħob niżel ħafna fit-tieni taqsima

Fil-65 minuta, Valletta kienu żvinturati li ma skorjawx il-gowl ta’ konsolazzjoni meta x-xutt imkaxkar ta Mario Fontanella ħabat mal-wieqfa.

Madankollu kienu Astana li għamluhom tlieta meta kien Rukavina li tefa’ kross lejn Roman Murtazayaev li bir-ras għeleb lil Cini.

Fit-80 minuta xutt ta’ Yuri Messias ġie salvat minn Eric bl-azzjoni tkompli bil-ballun jasal għand is-sostitut Nicholas Pulis li bir-ras xeħet ftit għoli.

Lejn tmiem il-partita xutt b’saħħtu ta’ Rangelo Janga għal Astana ħeżżeż il-mimduda.

Astana ssiġġillaw ir-rebħa fid-89 minuta permezz ta’ Marin Tomasov li b’hekk skorja doppjetta personali.

Skor finali: Valletta 0 Astana 4

Referì kien Stephan Klossner mil-Federazzjoni Żvizzera.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex difensur ta’ Hibernians u Gżira United, Rodolfo Soares se jingħaqad maċ-champions tal-futbol Għawdxi, Nadur Youngsters. Id-difensur ta’ 35 sena ilu għal dawn l-aħħar żewġ staġuni ma’ Gżira United. Il-Brażiljan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong jista’ jingħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-sigħat li ġejjin. TVMSport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans diġà tkellmu ma’ Hibernians u mal-plejer innifsu. Jidher li bejn Hamrun…

Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Aktar