Olimpijadi TOKYO 2020
Astronowati fl-ispazju jikkompetu fl-‘Olimpjadi’

Filwaqt li l-Olimpjadi ta’ Tokjo ġew fi tmiemhom, l-astronawti li bħalissa jinsabu fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali ddeċidew li anke huma jagħmlu l-kompetizzjonijiet tagħhom. Inqasmu f’żewġ timijiet internazzjonali, ‘Team Soyuz’ u ‘Team Dragon,’ fejn ikkompetew fi spazju mingħajr gravità.

Il-kompetizzjonijiet li ħadu sehem fihom semmewhom: ‘No-hand Ball,’ ‘Synchronised Floating,’ u ‘Gymnastics.’

Interessanti jekk in-NASA hijiex ser tagħti xi midalji lir-rebbieħa!!

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA