Sport Lokali
Athletix Ac Gozo: Suċċess kbir fi Spoleto

Grupp ta’ atleti Għawdxin membri tal-Athletix Ac Gozo ħadu sehem b’suċċess kbir fi Spoleto Urban crossing tal-20km.

Din il-parteċipazzjoni kienet possibli wara stedina li saret lil klabb Għawdxi bħala parti mill-Programm Erasmus u ‘SportGiveChance’ li applikaw għalih mal-Unjoni Ewropea.

F’dan il-programm saru attivitajiet tal-atletika, kif ukoll ċikliżmu fejn hawn mal-grupp issieħbu wkoll ħdax il-ċiklista Malti li ħadu sehem f’diversi tiġrijiet kemm tar-Road, kif ukoll tal-Mountian Bike.

L-atleti Għawdxin ħadu sehem fit-tiġrijiet li saru fiċ-ċentru storiku ta’ Spoleto fuq disa’ dawriet ta’ 2.2Km u Leigh James Marshall u Felicienne Mercieca spiċċaw ir-rebbieħa tal-żewġ kategoriji rispettivi.

L-atleti Maltin jmisshom jipparteċipaw fil-Maratona ta’ New York f’Novembru li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Darts

L-ex plejer ta’ Tottenham van der Vaart jibda karriera fi sport ġdid L-ex midfielder ta’ Tottenham Hotspur Rafael van der Vaart beda karriersa ġdida fi sport ieħor…fid-darts. L-aħbar ħareġ biha…

Għawm

Ir-rebbieħ ta’ diversi midalji Olimpiċi, Michael Phelps, ċaħad li kien ser jirritorna fil-pixxina u dan waqt intervista li saritlu mill-Aġenzija Reuters. Din l-intervista saret wara li Phelps kien qiegħed isegwi…

Atletika

L-organizzaturi tal-Olimpjadi li ser isiru f’Tokjo, il-Ġappun, is-sena d-dieħla, qalu li l-maratoni ser jibdew kmieni filgħodu mimnħabba s-sħana qawwija li qiegħda tagħmel fil-pajjiż minn sena għall-oħra. Sa ftit tal-ġimgħat ilu…

Motorsport

In-nisa li ser ikunu qegħdin jiktbu l-istorja fl-ewwel tellieqa tad-W Series, bdew l-ittestjar tal-karozzi fuq iċ-ċirkwit ta’ Lausitzring qabel fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Mejju ssir l-ewwel tellieqa f’Hockenheim, il-Ġermanja. Waħda…

Aktar