Sports Internazzjonali
Atleta bis-Cerebral Palsy offrut l-ewwel kuntratt professjonali minn Nike

Atleta mill-Università t’Oregon fl-Istati Uniti ħa s-sorpriża ta’ ħajtu meta temm tellieqa tal-cross country. Malli qabeż il-linja finali sab rappreżentant tal-kumpanija Nike li offrielu kuntratt professjonali. Is-sorpriża għal dan l-atleta, Justin Gallegos, waslet minħabba li huwa għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy, u allura qatt m’għaddielu minn moħħu li kumpanija daqshekk kbira u rinomata fid-dinja tal-atletika kienet ser toffrielu kuntratt simili. Justin fil-preżent qiegħed jipprepara sabiex jaqta’ xewqa kbira, dik li jirnexxielu jagħmel in-nofs maratona f’inqas minn sagħtejn.

Fil-passat, il-kumpanija li għandha wkoll il-bażi tagħha f’Oregon, kienet ħadmet mill-qrib ma’ Justin meta kienu qegħdin jipproduċu papoċċ li seta’ jingħalaq b’żipp u jintrabat, għal atleti li jbatu minn xi kundizzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

In-tennista numru wieħed tad-dinja Naomi Osaka sfat mgħeluba mill-Franċiża Kristina Mladenovic fl-ewwel logħba tagħha fid-Dubai Duty Free Tennis Championships. Friska mir-rebħa fl-Open tal-Awstralja x-xahar li għadda, Osaka tilfet bil-punteġġ ta’…

Sports Internazzjonali

It-tennist numru wieħed Novak Djokovic u l-ġinnasta Amerikana Simone Biles kienu onorati bl-unur tal-isportivi tas-sena fis-serata tal-Laureus Awards. Għal Djokovic dan kien unur mistħoqq wara li sena ilu kellu jiġi…

Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Motorsport

L-Estonjan Ott Tanak rebaħ ir-Rally tal-Iżvezja fuq il-karozza Toyota biex issa mar fuq quddiem fil-Kampjonat Dinji tar-Rally għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Il-Finlandiż Esapekka Lappi spiċċa t-tieni fuq il-karozza Citroen, filwaqt…

Aktar