Sport Lokali
Atleti Maltin onorati fit-18-il Edizzjoni tal-Premjijiet Sportivi tal-Kumitat Olimpiku Malti

It-18-il Edizzjoni tal-Premjijiet Sportivi annwali tal-Kumitat Olimpiku Malti, kienu ċelebrazzjoni tas-suċċess internazzjonali miskuba minn atleti u timijiet lokali li eċċellaw fl-isport rispettivi tagħhom fil-perjodu bejn Ottubru 2018 u Ottubru 2019.

Bl-2019 kienet sena li fiha Malta ħadet sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fil-Montenegro, kien mistenni li numru sostanzjali ta’ atleti li kkompetu f’dawn il-Logħob jiġu rikonoxxuti, iżda is-serata rikonnoxxiet numru ta’ atletl oħra li ġabu unuri lejn Malta. B’kollox ġew ippreżentati disa u sittin premju.  L-ogħla kategorija tas-serata kienet dik tad-Deheb li għaliha ġew ippreżentati sittax-il premju.

F’indirizz qasir, is-Sur William Beck, Viċi President u Ċerman tal-Kumitat Organizzattiv tal- Premjijiet Sportivi tal-Kumitat Olimpiku Malti, feraħ lir-rebbieħa talli waslu għal-għan ewlieni – Citius, Altius, Fortius;  dak kollu li atleta jaspira – li jkun l-iktar veloċi, li jilħaq l-ogħla quċċata u li jkun l-aktar b’saħħtu. Huwa esprima l-ammirazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti għal-dawk l-atletli li minkejja ma kisbux post fuq il-podju xorta ġabu unur lill-Malta bl-imġieba tagħhom.

Il-mistieden speċjali tas-serata kien Szilveszter Csollány, ġinnasta Ungeriz, ikkunsidrat bħal wieħed mill-aqwa ġinnasti fl-istorja tal-Olimpjadi.  Hu kiseb medalja tal-Fidda ġewwa Atlanta (1996) u Sydney (2000) kif ukoll kiseb ħames titli dinjija tal-ġinnastika artistika.  Csollány hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis tal-ġinnastika kemm fl-Ungerija kif ukoll madwar l-Ewropa.

Premijiet Kunsilli Lokali

L-isforzi mill-Kunsilli Lokali biex jippromwovu attivitajiet sportivi kienu jinkludu avvenimenti ta’ ċikliżmu, logħbiet tal-futbol, ​​tlielaq tal-ġiri fit-toroq, għawm eċċ.  Tnax-il kunsill lokali bagħtu n-nominazzjonijiet tagħhom għall-konsiderazzjoni. Ir-rebbieħa tal-Premjijiet kienu il-Kunsilli ta’ Marsaxlokk u ż-Żejtun fit-tielet post, il-Mellieħa fit-tieni post u fl-ewwel post ġie miksub mill-Kunsill Lokali ta ’Għajnsielem.

Hall of Fame

Erba personalitajiet ġew milqugħa fi ħdan il-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti. Dawn kienu

Gordon Asciak (Tennis), il-mibki Gerald DeGaetano (Atletlika), Alfred Ellul Mercer (Weightlifting) u John Zammit (Ċiklizmu).  Bl-eċċezzjoni ta’ Gerald DeGaetano  li sfortunatament miet fl-2018, dawn il-personalitajiet kollha għadhom attivi fl-isport rispettiv tagħhom fejn jkomplu jikkontribwixxu lejn l-iżvillup tal-isport.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello, spjega li l-missjoni tal-Kumitat hu li jaħdem biex iseddaq il-valuri tal-Kumitat Olimpiku Internazzjoni fost il-komunita lokali – dan ġie mwettaq b’numru ta’proġetti bħal Youth Elite Scheme, appoġġ lejn diversi proġetti bl-għajnuna tal-Olympic Solidarity, edukazzjoni biex wieħed jgħaraf il-ħsara li jgħamel id-doping, inizjattivi fuq Gender Equality kif ukoll proġetti oħra.  Il-Kumitat huwa impenjat sabiex jkompli jiżviluppa l-istruttura tiegħu sabiex l-atletli jsibu l-għajnuna professjonali meħtieġa sabiex jkunu jistgħu jilħqu il-potenzjal tagħhom.

Lista ta’ Premijiet

Special Award

Rachela Pace (Malta Amateur Athletic Association), Andre Camilleri, Luke Ellul Sullivan, Emily Grech Carr, Haley Pawley Neame (Aquatic Sports Association of Malta), Matthew Abela (Badminton Malta), Etienne Bonello, Christian Formosa, Men’s National Team (Malta Cycling Federation), Scott Muscat (Malta Pool Association), Kijan Sultana, Lijana Sultana (Malta Squash Association), Jurgen Balzan (Malta Table Football Sports Association),  Helene Pellicano (Malta Tennis Federation), Kayden Lagana,  Dwayne Zahra (Malta Tenpin Bowling Association), Tenishia Thornton (Malta Weightlifting Association).

Bronż

Ian Paul Grech, Paula Grech, Damien Mizzi (Malta Amateur Athletic Association), Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Sasha Gatt, Mikhail Umnov, Martina Valletta, Michee Van Rooyen ( Aquatic Sports Association of Malta),  Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, JJ Micallef (Malta Golf Association) Vlad Baldacchino, Matthew Camilleri, Shaun Ciantar (Malta Weightlifting Association).

Fidda

Claire Rose Azzopardi (Malta Amateur Athletic Association), Dylan Cachia, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Alexandra McGonigle, Harry Stacey (Aquatic Sports Association of Malta), Marie Claire Aquilina (Malta Cycling Federation), Roderick Theuma (Malta Federation of Body Building & Fitness), Ella Borg (Malta Gymnastics Federation), Isaac Bezzina, Katrina Esposito, Jeremy Saywell (Malta Judo Federation), Men’s National Team (Malta Pool Association), Amani Faraoun (Malta Taekwondo Federation), Francesca Curmi, Elaine Genovese (Malta Tennis Federation) Mauro Anastasi, Mark Spiteri  (Malta Tenpin Bowling Association), Roberta Tabone (Malta Weightlifting Association).

Deheb

 Lisa Marie Bezzina, Jordan Daniel Gusman (Malta Amateur Athletic Association), Duncan Bezzina, Tony Drago (Malta Billiards & Snooker Association), Bader Almiloudi (Malta Federation of Body Building & Fitness), Kimberly Stanton (Malta Karate Federation), Elusive 2 Sailing Team (Malta Sailing Federation), Eleanor Bezzina, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti (Malta Shooting Sports Federation), Derek Conti (Malta Table Football Sports Association), Sue Abela, Cynthia Frendo Duca, Sara Xuereb (Malta Tenpin Bowling Association), Hannah Cutajar (Malta Triathlon Federation), Yasmin Zammit Stevens (Malta Weightlifting Association).

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Slovakkja……8 Malta…………4 (3-1), (2-1), (1-2), (2-0) Telfa ta’ 8-4 għat-team Nazjonali Malti tal-Waterpolo hekk kif fir-raba’ logħba ta’ dan il-kampjonat il-Maltin affrontaw l-iSlovakkja għal-logħba għall-aċċess fil-finali…

Aktar