Judo
Atleti Maltin tal-karate se jikkompetu f’San Marino

31 atleta lokali mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate (MKF) se jkunu qed jikkompetu f’San Marino.

L-atleti, li għandhom bejn 13 u 23 sena, se jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Kamjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar fit-28 u d-29 ta’ Settembru li ġej.

L-atleti se jikkompetu kemm fil-kata (forms) kif ukoll fil-kumite (sparring).

L-atleti se jkunu akkumpanjati mid-Direttur tal-MKF Audrey Zammit bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija, id-Direttur Tekniku tal-MKF Jesmond Schembri, flimkien ma’ 10 uffiċjali oħra tal-MKF.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Judo

Ġurnata storika għall-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) u l-Akkademja tagħha, hekk kif ġiet rikonoxxuta uffiċjalment  bħala Istitut Awtonomu tal-Edukazzjoni Ogħla minn Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla ta’ Malta (NCFHE)). L-akkademja, li ilha…

Aktar