Atletika
Atletika: Andy Grech l-uniku kandidat għall-kariga ta’ President tal-MAAA

Atletika: Għada Athletics Malta jew aħjar il-Malta Amateur Athletics Association mistennija jkollha President ġdid hekk kif se tkun organizzata l-Laqgħa Ġenerali Annwali permezz ta’ Video Conference. Oriġinalment il-Laqgħa Annwali kienet skedata għall-24 ta’ Marzu iżda kellha tkun posposta minħabba l-miżuri ta’ ġemgħat fil-pajjiż. Edwin Attard il-bieraħ filgħaxija tefa’ r-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ President u kkonferma li mhux se jerġa’ jikkontesta. L-Uniku nomina għal President hi dik ta’ Andy Grech. Ray Scicluna tefa’ n-nomna għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Tony Chircop bħala Teżorier mhux kontestat. Intant illum is-sitt Clubs tal-Atletika lokali Pembroke Athleta, La Salle, Savio, Rash Athletics, Mellieha SC u St Patrick b’żewġ voti kull Club ivvutaw għall diveri emendi fl-Istatut.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-Belarus se jikkunsidraw offerti mingħand atleti Russi li jkunu jixtiequ jikkompetu għal pajjiżhom. Dan qaluh il-federazzjoni tal-atletika tal-Belarus. Bħalissa, l-atleti Russi huma sospiżi milli jikkompetu taħt il-bandiera ta’ pajjiżhom. L-atleti…

Atletika

Wara żewġ avvenimenti b’suċċess għall-kbar, fl-aħħar anke l-atleti ż-żgħar għandhom l-opportunità li jesprimu t-talent u t-taħriġ tagħhom hekk kif il-kompetizzjonijiet tal-MAAA għall-kategoriji tagħhom jirritornaw wara nuqqas ta’ erba’ xhur wara…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Aktar