
Atletika
Atletika: Brianna McNeal sospiża minħabba doping
L-atleta Amerikana tal-100 metru hurdles Brianna McNeal qed tiġi akkużata u ġiet sospiża talli kisret ir-regolamenti marbuta ma’ doping.
McNeal ġiet sospiża mill-World Atletics Anti Doping u l-aħbar għamluha uffiċjali l-Athletics Integrity Unit.
McNeal, ta’ 29 sena, li rebħet nil-Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 u l-kampjonat dinji fl-2013, ġiet akkużata li ħadet sustanzi li għenuha tikseb is-suċċess tagħha.
McNeal kienet diġà ġiet sospiża sena wara l-Olimpjadi tal-2016 meta ma ppreżentatx ruħa għal tliet testijiet li kellhom isiru fuqha kontra d-doping.