Atletika
Atletika: Dalilah Muhammad b’rekord mondjali ġdid fl-400 metru hurdles

Iċ-champion Olimpika Dalilah Muhammad waqfet rekord ġdid fl-400 metru hurdles ħin ta’ 52.20 sekonda fix-xita fil-kampjonati nazzjonali tal-Istati Uniti.

Il-ħin ta’ Muhammad qabeż lil dak tar-Russa Yuliya Pechonkina li kien ta’ 52.34 sekonda u għamlitu fl-2003.

Muhammad ħarġet b’saħħitha ħafna u d-differenza bejnha u bejn l-atleti l-oħra dehret sew meta ħalliet warajha b’diversi metri lil Shamier Little u Sydney McLaughin, li kienu fost il-favoriti li jirbħu din it-tellieqa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Aktar