Atletika
Atletika: Debono fl-aqwa forma tiegħu fit-tellieqa tal-Intersport Three Cities

L-atleta Għawdxi Charlton Debono jkompli bid-dominju tiegħu fix-xena tal-atletika. Debono bħalissa jinsab fl-aqwa forma tiegħu meta hu rreġistra ħin ta ’30 minuta 48 sekonda fit-tellieqa tal-għaxar kilometri tal-Intersport Three Cities. Dan kien l-aħjar ħin li qatt irreġistra f’din it-tellieqa minn meta bdiet tliet snin ilu. Minkejja theddida ta’ xita, it-temp tal-Ħadd ipprovda kundizzjonijiet tajbin għal kważi 200 atleta li ħadu sehem.

Debono waqqaf il-pass mill-bidu nett iżda Dillon Cassar u Mark Herrera ma kinux ser jċedu l-ġlieda faċilment. Fid-dawra tal-5k, Debono u Cassar kienu qegħdin viċin xulxin għalkemm lejn it-tmiem Debono bena distakk żgħir biex jirbaħ. Debono jirreġistra l-ewwel riżultat tiegħu ta’ taħt il-31 minuta fuq din id-distanza – dan ir-riżultat kien titjib ta’ kważi erba’ minuti mill-ħin irreġistrat fl-2018. Intant Cassar li spiċċa tnax-il sekonda wara Debono, tejjeb il-ħin tal-2019 b’ kważi tliet minuti. Fit-tielet post daħal Mark Herrera. Herrera ħa sehem fl-edizzjonijiet kollha ta ‘din it-tellieqa, u baqa jirreġistra ħinijiet imtejba f’kull tellieqa

Josann Attard Pulis waqqfet il-pass u ħolqot distakk komdu fuq Jolene Debattista, li kienet qed issegwiha. Attard Pulis, li minkejja ma rreġistratx l-aħjar ħin tagħha fuq din il-korsa, xorta kisbet riżultat tajjeb u spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’ 39 minuta 20 sekonda. Debattista, temmet it-tellieqa fi 43 minuta 23 sekonda – titjib ta’ tletin sekonda mill-aħħar parteċipazzjoni tagħha fl-2018. Ħdax-il sekonda wara, Charyl Fava daħlet fit-tielet post. Fava, hija parteċipanta regolari fis-Serje u sa issa dejjem irreġistrat titjib fil-ħinijiet tagħha.

Il-Premjijiet u Trofej ġew ippreżentati mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele immedjatament wara t-tellieqa.

Ir-Riżultati jinstabu fuq is-sit elettroniku – https://my.raceresult.com/146083/

It-tellieqa li jmiss tal-Intersport 10k Road Running Series ser issir il-Ħadd 16 ta’ Frar f’Ħad-Dingli. Ir-Reġistrazzjoni hija miftuħa online permezz tal-link – http://dingli.10kseriesmalta.com/

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-kumpanija Nike tinsab f’nofs kontroversja wara li hemm min qed jgħid li ż-żraben Vaporfly qegħdin jagħtu vantaġġ teknoloġiku lil xi atleti waqt il-maratoni. Grupp ta’ persuni tal-World Athletics ilhom għal…

Atletika

L-atleta min-Nadur Charlton Debono, għall-ħames sena konsekuttiva rebaħ it-tellieqa Nadur 8k li saret dalgħodu fin-Nadur Għawdex. Din kienet l-aħħar tellieqa għas-sena 2019 fil-kalendarju tal-atletika lokali. Din kienet il-ħames edizzjoni ta’…

Atletika

L-isprinter Ġamajkana u l-aktar mara veloċi fid-dinja Shelly-Ann Fraser-Pryce iddeċidiet li se tkun qed tiġri fil-200 metru wkoll fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej f’Tokjo. Dan minbarra li se tkun qed tinddefendi…

Atletika

Grupp ta’ 12-il atleta mill-klabb ta’ Żurrieq Wolves ġew mistiedna mill-klabb tal-atletika Taljana minn Gulianova, Turismo Podismo biex jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-ġirja ta’ 10km PerCorriAMO Gulianova. F’temp mill-isbaħ u…

Aktar