Atletika
Atletika: Eliud Kipchoge u Dalilah Muhammad jirbħu l-unuri tal-Atleti tas-Sena 2019

Il-Kenjan Eliud Kipchoge u l-Amerikana Dalilah Muhammad ingħataw l-unur tal-atleti tas-sena wara dak li kisbu matul l-2019.

Kipchoge sar l-ewwel maratonista li ġera t-triq kollha f’inqas minn sagħtejn fi Vjenna f’Ottubru li għadda, mentri Muhammad kissret ir-rekord dinji fl-400 metru hurdles b’ħin ta’ 52.16 sekondi fil-kampjonati dinjija f’Doha.

Dawn l-unuri tħabbru fiċ-ċerimonja tal-atleti tas-sena li saret f’Monaco.

Muhammad se tkun qed tiddefedni l-ħin tagħha fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Aktar minn 9,500 atleta li ħadu sehem fin-nofs maratona f’Moska, ir-Russja, kellhom iżommu ma’ protokoll partikolari minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel bdiet it-tellieqa kull atleta kellu t-temperatura ta’ ġismu ċċekkjata, filwaqt…

Atletika

Il-Federazzjoni tal-Atletika fir-Russja qed tistenna x’se jkun il-verdett finali li se joħroġ mill-assoċjazzjoni dinjija tal-Atletika dwar sanzjonijiet ġodda li mistennija jittieħdu kontrihom. Hemm l-għidut li r-Russi jistgħu jiġu sospiżi għal…

Atletika

Id-deċżjoni dwar jekk hux se tkun qed issir il-maratona ta’ Londra jew le għad trid tittieħed fis-7 ta’ Awwissu hekk kif illum baqa’ ma ntlaħaqx ftehim. Din l-aħbar tawha l-organizzaturi…

Aktar