Atletika
Atletika: Francine Niyonsaba tal-Burundi twaqqaf rekord mondjali ġdid fl-2,000 metru

Francine Niyonsaba tal-Burundi waqqfet rekord mondjali ġdid fl-2,000 metru fil-Continental Tour Globe li sar f’Zagreb.

Niyonsaba għamlet ħin ta’ 5 minuti u 21 sekonda punt 56 li fisser żewġ sekondi aħjar milli kienet għamlet Genzebe Dibaba fl-2017.

Niyonsaba, kienet rebħet il-Midalja tal-Fidda fil-kampjonati dinjija u fl-Olimpjadi fil-kategorija tat-800 metru.

L-atleta mill-Burundi hi waħda minn diversi atleti sospiżi milli tikkompeti fil-kategorija tad-distanzi bejn l-400 metru u l-1500 metru minħabba livell għoli ta’ testosterone li kien instab fiha.

L-atleta ta’ 28 sena qalet li minn dak iż-żmien, hi baqgħet tikkompeti biex tkun ta’ aspirazzjoni għal atleti oħra.

 

Miktub minn...
TVM Sport