Atletika
Atletika: Għoljiet u veduti mill-isbaħ inklużi fir-rotta tat-tellieqa House of Sport 10km Series

M’hemm l-ebda dubju li t-tlielaq tal-House of Sport, mifruxa fuq distanza ta’ 10 kilometri kisbu popolarita kbira mal-atletli li jikkompetu fix-xena tal-atletika f’Malta. Dan intwera mid-domanda li dawn it-tlielaq qed jkollhom, kemm min atletli Maltin u barranin.

Għalkemm il-pjanijiet oriġinali għat-tellieqa tal-Ħadd kienu ser jaraw it-tellieqa tibda u tispicca quddiem il-bieb tal-iMdina,  xogħlijiet fit-toroq fil-viċinanza raw bidla żgħira fir-rotta bid-distanza ta ’10km miżmuma fl-inħawi ta’ Rabat u Dingli.

Ir-rotta bl-għoljiet iżda xeniċi, raw 350 atleta jtellqu fuq l-isfond ta’ Had-Dingli kif ukoll xi wħud mill- mogħdijiet inqas magħrufa fir-Rabat.

Ir-rebbieħ tat-tellieqa kien l-iSpanjol Pedro Lopez, li matul it-tellieqa tellaq vicin tal-favoriti Dillon Cassar (Raptorz Running Club), Charlton Debono (Gozo Athletix) u Andrew Grech (Mellieha AC). L-aħħar erba kilometri tat-tellieqa kienu kruċjali għal Lopez, Cassar u Grech għax deher ċar li dawn it-tlieta kienu qedin jiġġieledu għall-ewwel tliet postijiet. Fl-aħħar żewġ kilometri, Lopez u Cassar grew fuq quddiem, izda kienu fl-aħħar 60 metru li Lopez ta’sprint biex jieħu ir-rebħa.

“Tellieqa iebsa mhux biss minħabba it-tlajja li kien fiha imma wkoll għall-isfida li Andrew Grech, Charlton Debono u Pedro Lopez taw it-triq kollha – konna definittivament qed niġġieldu kważi matul it-tellieqa kollha.  Kienet Sprint finali li ppermettiet lil Lopez jikseb vantagg fuqi, imma madankollu ninsab sodisfatt ħafna bir-riżultat tal-lum”, stqarr entużjażat Dillon Cassar.

Il-Kategorija tan-Nisaadies tat rebħa lil Josann Attard Pulis (Starmax) li kienet segwita minn Carmen Vella (Mellieha AC). It-tielet post kienet Caroline Ciappara, ukoll tat-tim Starmax. Attard Pulis ikkummentat li għalkemm ma kienitx mistrieħa biżżejjed għat-tellieqa, minħabba t-tħejjijiet tagħha għall-impenji internazzjonali li ġejjin f’Emilia Romagna, din kienet rotta pjaċevoli ħafna u kienet esperjenza pożittiva.

“Huwa ferm sodisfaċenti li nara il-popolarita ta’ dawn it-tlielaq tikber – b’mod partikolari din, li kienet kbira ħafna. Filwaqt li r-rotot jistgħu ma jkunux mill-aktar faċli, ċertament huma wħud mill-aktar xeniċi, tant li tiġbed l-folol, ” ikkummenta Charlie Demanuele, Direttur tat-Tellieqa

L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lil House of Sports, Starmax, emvigee pr & marketing, ARTTS Timing System, Kunsilli Lokali tal-Imdina, Rabat u Had-Dingli, Transport Malta, Pulizija Distrettwali tar-Rabat u Pulizija tat-Traffiku għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas il-marshalls, l-uffiċjali u t-timijiet mediċi li jappoġġjaw it-tiġrija fil-ġurnata.

L-edizzjoni li jmiss tal-House of Sport 10k Series ser issir nhar il-Ħadd 1 ta ‘Settembru fir-rotta ta’Burmarrad. Ir-reġistrazzjonijiet ser ikunu miftuħa fil-jiem li gejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-Brittaniku Mo Farah kellu sorpriża xejn sabiħa f’għeluq sninu x-xahar li għadda, meta kien misruq mil-lukanda Addis Ababa li hija tal-atleta Haile Gebrselassie. Mo Farah ser itellaq fil-maratona ta’ Londra,…

Atletika

Madwar it-toroq tal-Belt kapitali, il-Belt Valletta, illum saret l-ewwel edizzjoni tal-Valletta Express 5K Challenge, attivita’ li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta flimkien mal-Mellieħa Athletics Club. Il-Mellieħa Athletics Club aċċettaw…

Atletika

L-organizzaturi tal-Olimpjadi li ser isiru f’Tokjo, il-Ġappun, is-sena d-dieħla, qalu li l-maratoni ser jibdew kmieni filgħodu mimnħabba s-sħana qawwija li qiegħda tagħmel fil-pajjiż minn sena għall-oħra. Sa ftit tal-ġimgħat ilu…

Atletika

Il-ħalba xita li għamlet eżatt qabel il-bidu tal-aħħar tellieqa tal-Eurosport Trail Running league, organizzat minn Agones SFC, għamlet il-kundizzjonijiet iktar diffiċli għall-146 atleta li ħadu sehem f’tellieqa mifruxa fuq 19-il…

Aktar