
Atletika
Atletika: Ħames uffiċjali mill-Federazzjoni Russa sospiżi għal erba’ snin
Ħames uffiċjali mill-Federazzjoni Russa tal-Atletika ġew sospiżi għal erba’ snin wara li tribunal dixxipplinari wara li stabhom ħatja li ħbew rapporti relatati ma’ doping tal-high jumper Danil Lysenko.
Wieħed mill-uffiċjali Russi huwa l-President tal-Assoċjazzjoni Russa tal-Atletika, Dmitry Shlyakhtin.
Is-sospenjoni ħarġet uffiċjalment mill-Integrity Unit tal-Atletika.
Lysenko, li kien rebaħ il-Midalja tal-Fidda fil-kampjonati dinjija tal-2017, kien falla tliet testijiet tad-doping u kien sospiz temporanjmanent fl-2018.
Sena wara, l-uffiċjali taw verżjonijiet differenti tar-rapporti tal-atleta u ħbdew dokumenti li kienu jinkriminawh.