International Sports
Atletika: Il-Kampjonati tad-Dinja tal-IAAF posposti bi 11 -il xahar

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-atletika kkonfermat li se tkun qed tipposponi l-kampjonat tad-Dinja tal-Atletika bi 11 -il xhar minħabba s-sitwazzjoni prekarja fid-Dinja kawża tal-COVID-19.

Dawn il-Kampjonati tad-Dinja kienu skedati għal Awwissu tas-sena 2021 iżda issa biex ma jaħbtux mal-Olimpijadi dawn se jsiru f’Lulju tas-sena 2022 f’Eugene f’Oregon l-Istati Uniti tal-Amerika. Dan il-bdil fid-dati sar ukoll biex ma jiċċaqilqux id-dati fost oħrajn tal-Logħob tal-Commonwealth tas-sena 2022 u l-kampjonati tal-Ewropa tal-Atletiika li huma skedati wkoll fis-sena 2022 fi Munich.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

Aktar