Atletika
Atletika: Il-Kenjan Elisha Rotich jirbaħ il-maratona ta’ Pariġi

Il-Kenjan Elisha Rotich rebaħ il-maratona ta’ Pariġi li saret dalgħodu mentri l-Etijopjana Tigist Memuye rebħet il-kategorija tan-nisa.

Rotich mar fuq quddiem sa minn kmieni fit-tellieqa u għamel ħin ta’ sagħtejn, erba’ minuti u 21 sekonda biex warajh daħal Hailemaryam Kiros tal-Etijopja fit-tieni post.

Il-Kenjan ta’ 31 sena ħa minuta inqas mill-aqwa ħin tiegħu biex qabeż il-finish line l-ewwel tat-tellieqa li kellha tul ta’ 25 kilomteru.

Fil-kategorija tan-nisa, Memuye għamlet ħin ta’ sagħtejn u 26 minuta u 12-il sekonda.

L-Etijopja ddominat il-kategorija tan-nisa bit-tieni u t-tielet post itemmu Yenenesh Dinkesa u Fantu Jimma, rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport