Atletika
Atletika: Il-maratona ta’ New York ikkanċellata

Il-maratona ta’ New York ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

L-avveniment tal-maratona ta’ New York hu wieħed mill-avvenimenti ta’ prestiġju fil-kalendarju tal-atletika.

L-NYRR, flimkien mal-uffiċju tas-Sindku, qalu li l-maratona ġiet ikkanċellata minħabba s-saħħa tal-atleti, spettaturi u voluntiera li jgħinu biex ta’ kull sena jittella’ dan l-avveniment.

It-tellieqa kellha ssir fl-1 ta’ Novembru.

Il-maratona ta’ New York għandha 42 kilometru u t-tellieqa jkollha fiha medja ta’ 50,000 parteċipant.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Atletika

Wara waqfa ta’ erba’ xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic  Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju. Dan permezz ta’ programm…

Atletika

L-atleta Etijopjan Mo Farah, ikkonferma li se jkun qed jirritorna bil-kbir biex jikser ir-rekord dinji tal-irġiel tal-10,000 metru. Farah se jkun qed jirritorna fl-4 ta’ Settembru fit-tellieqa ta’ Brussel. Hu…

Aktar