Atletika
Atletika: Isir il-funeral ta’ Agnes Tirop

Fost l-aqwa atleti fil-pajjiż tal-Kenja llum attendew għall-funeral ta’ Agnes Tirop, l-atleta li nstabet mejta fil-jiem li għaddew f’darha.

Tirop instabet mejta fil-kamra tas-sodda tagħha u fuq ġisimha dehru daqqiet fondi ta’ arma taqta’ u bil-ponta.

Żewġha, Ibrahim Rotich, tressaq fil-Qorti matul din il-ġimgħa bħalha s-suspettat ewlieni marbut ma’ dan id-delitt.

Il-funeral ta’ Tirop sar dalgħodu f’għeluq is-26 sena tagħha.

Diversi kelliema fil-funeral ta’ Tirop tkellmu kontra l-vjolenza domestika.

Fil-funeral tkellmet ukoll omm l-atleta, Dinah Tirop li talbet biss lil Alla jieħu ħsieb lil binta.

Miktub minn...
TVM Sport