Atletika
Atletika: Isir l-aħħar programm tal-istaġun

L-aħħar meeting tal-istaġun għaż-żgħażagħ se jibqa’ għal żmien twil fil-memorja ta’ Julian Zarb u Mireya Bugeja, bit-tnejn jirreġistraw l-aqwa prestazzjoni Maltija ta’ kull żmien fil-kategoriji tal-età tagħhom.

Zarb, atleta ta’ La Salle, kiseb ħin ta’ 5 minuti punt 03.20 fl-1,500m steeplechase tal-kategorija ta’ taħt is-16-il sena biex għeleb l-isfida denja tal-atleti Noah Portelli u Matthew Curmi.

Ir-rebħa ta’ Bugeja fil-kategorija ta’ taħt l-14-il sena kienet spettakolari, fejn ġriet l-1,200 metru f’ħin fantastiku ta’ 3 minuti punt 58.28, u b’hekk kitbet isimha fil-kotba tal-Istorja Maltija meta għelbet rekord li kien ilu 11-il sena u li kien tal-atleta Nicole Gatt.

Il-programm tal-bieraħ tal-kategoriji ta’ taħt it-12 u l-14-il sena reġa’ kellu għadd ta’ riżultati pożittivi u eċitanti fost it-tfal u żgħażagħ li huma l-futur tal-atletika Maltija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Aktar minn 9,500 atleta li ħadu sehem fin-nofs maratona f’Moska, ir-Russja, kellhom iżommu ma’ protokoll partikolari minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel bdiet it-tellieqa kull atleta kellu t-temperatura ta’ ġismu ċċekkjata, filwaqt…

Atletika

Il-Federazzjoni tal-Atletika fir-Russja qed tistenna x’se jkun il-verdett finali li se joħroġ mill-assoċjazzjoni dinjija tal-Atletika dwar sanzjonijiet ġodda li mistennija jittieħdu kontrihom. Hemm l-għidut li r-Russi jistgħu jiġu sospiżi għal…

Atletika

Id-deċżjoni dwar jekk hux se tkun qed issir il-maratona ta’ Londra jew le għad trid tittieħed fis-7 ta’ Awwissu hekk kif illum baqa’ ma ntlaħaqx ftehim. Din l-aħbar tawha l-organizzaturi…

Aktar