Atletika
Atletika: Issir in-nofs maratona fir-Russja bil-parteċipazzjoni t’aktar minn 9,500 atleta

Aktar minn 9,500 atleta li ħadu sehem fin-nofs maratona f’Moska, ir-Russja, kellhom iżommu ma’ protokoll partikolari minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel bdiet it-tellieqa kull atleta kellu t-temperatura ta’ ġismu ċċekkjata, filwaqt li sakemm bdiet it-tellieqa kulħadd ried jilbes il-maskra u l-ingwanti. Dawn setgħu jitneħħew malli tibda t-tellieqa, imma l-atleti kienu wkoll imħeġġa sabiex iżommu d-distanza soċjali.

In-nofs maratona fuq distanza ta’ 21.1 kilometri kienet sospiża minn Mejju li għadda meta Moska kienet tinsab f’lockdown minħabba l-pandemija. Għalkemm fil-preżent xorta qed ikun hemm numru ta’ nies mhux ħażin li jinstabu pożittivi għall-virus, l-organizzaturi ħassew li ma kellhomx jerġgħu jipposponu jew jikkanċellaw din it-tellieqa.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 5,427 każ ġdid ta’ Cvodi-19 fir-Russja, b’660 każ f’Moska. B’hekk in-numru ta’ persuni infettati bil-virus laħaq it-850,970 persuna filwaqt li mietu aktar minn 14,000 ruħ.

Skont il-Ministru għall-Isport Oleg Matvtsin, in-nofs maratona kienet parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-Russja fil-ġlieda kontra l-pandemija. Skont Matvtsin, il-fatt li t-tellieqa saret u għadda kollox b’wiċċ il-ġid kienet turija ċara li lkoll flimkien nistgħu negħlbu l-imxija tal-Covid-19. Probabbli iżda għadu kmieni wisq sabiex ikun determinat jekk ikunx hemm xi atleta li jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 minħabba t-tellieqa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-ex kap tal-atletika dinjija Lamine Diack, intbagħat ta’ mill-inqas sentejn ħabs f’deċiżjoni li ttieħdet illum mill-Qorti Franċiża. Diack kien akkużat li kien involut f’korruzzjoni ta’ doping ma’ atleti Russi. Diack,…

Atletika. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati l-kampjonati nazzjonali tal-atletika Cavalieri Art Hotel fil-Matthew Micallef St John fil-Marsa fejn kien hemm diversi rekords li nkisru u riżultati individwali prestiġġjużi….

Il-leġġenda mondjali Usain Bolt hu l-aħħar personalità sportiva li ttestja pożittiv għall-coronavirus. L-aħbar ħarġet ftit jiem wara li Bolt kien qed jiċċelebra f’daru għeluq l-34 sena tiegħu. Fil-festin li organizza,…

L-istaġun tal-atletika Maltija, aktarx wieħed mill-itwal u l-aktar iebes fl-istorja riċenti, se jilħaq l-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel għas-sena 2020, organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association….

Aktar