Atletika
Atletika: It-tellieqa Agones 5k tattira ammont sostanzjali ta’ atleti

It-tellieqa Trail Run fuq distanza ta’ 5 kilometri organizzata mill-Agones SFC attirat numru sabiħ ta’ atletli f’tellieqa li hija kkunsidrata bħala waħda barra mill-istaġun tat-tlielaq.

It-Trail Running sar sinonmu mal-klabb tal-Agones.  Sa ftit snin ilu it-trail running kien sport li kien jiġi ppratikat minn ftit dilettanti, li kienu jiltaqgħu biex jiġru u jiskopru l-xenarju ġdid qalb in-natura f’Malta.

Il-Torq 5K Trail Run nżammet ftit il-bogħod mir-raħal xeniku tal-Gudja u wriet kemm dan l-isport qed jikber fil-popolarita. Fost l-atleti kien hemm taħlita ta veterani fit-trail running u kif ukoll uċuħ ġodda f’dan l-isport.

Ir-rebbieħa tat-tellieqa kienu Tara Abdilla u Drew Lang, it-tnejn li huma veterani fit-tlielaq fit-toroq.  Abdilla skopriet it-trail running iktar kmieni din is-sena meta hija ħadet sehem, u rebħet it-titlu globali, fis-serje tat-trail running organizzat mill-istess Agones SFC.   Abdilla kella rebħa komda, meta kellha vantaġġ ta’ 2 minuti u 16 il-sekonda fuq Dzintra Grech, li wkoll kellha staġun tajjeb. Paula Briffa ukoll hija veteran fit-tlielaq fit-triq iżda għada kemm xejn ġdida f’dan l-ambjent.

Drew Lang ma jeħtieġ ebda introduzzjoni fiċ-ċrieki tal-atletika lokali iżda din kienet l-ewwel dehra tiegħu fit-trail running. Lang kellhu kompetizzjoni iebsa minn Pierre Chicco, iżda Lang spiċċa fl-ewwel post, b’distakk ta’ tliet sekondi. It-tielet fuq il-podju kien Natalino Farrugia.

“Trail Running huwa isport li ma jirrikjedix ħafna spejjes. Kul m’għandek bżonn hu par żarbun tajjeb għal dan it-tip ta’ġiri. Dan it-tip ta’ġiri u tlielaq jieħdu in-nies barra mill-istorbju tat-toroq u għal-kwiet fil-kampanja, għalhekk qed naraw żieda fil- parteċipazzjoni,” spjega Warren Muscat, President, Agones SFC. “Kull tellieqa jew avvinment li norganiżżaw qedin naraw uċuħ ġodda. It-trail runs li ngħamlu kull ġimgħa dejjem kjunu mgħamula minn grupp tajjeb ta’ parteċipanti.”

It-Tellieqa Torq  5k kienet appoġġata minn Torq u saret taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association.  Il-Premjijiet ġew mogħtija lir-rebbieħa fl-aħħar tat-tellieqa. 

  Irġiel Nisa
1st Drew Lang  (17:51) Tara Abdilla (19:00)
2nd Pierre Chicco (17:54) Dzintra Grech (22:16)
3rd Natalino Farrugia (18:09) Paula Briffa (23:02)

La Salle AC kien ir-rebbieħ globali tal-kategorija tat-timijiet tan-Nisa u Irġiel.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-Brittaniku Mo Farah kellu sorpriża xejn sabiħa f’għeluq sninu x-xahar li għadda, meta kien misruq mil-lukanda Addis Ababa li hija tal-atleta Haile Gebrselassie. Mo Farah ser itellaq fil-maratona ta’ Londra,…

Atletika

Madwar it-toroq tal-Belt kapitali, il-Belt Valletta, illum saret l-ewwel edizzjoni tal-Valletta Express 5K Challenge, attivita’ li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta flimkien mal-Mellieħa Athletics Club. Il-Mellieħa Athletics Club aċċettaw…

Atletika

L-organizzaturi tal-Olimpjadi li ser isiru f’Tokjo, il-Ġappun, is-sena d-dieħla, qalu li l-maratoni ser jibdew kmieni filgħodu mimnħabba s-sħana qawwija li qiegħda tagħmel fil-pajjiż minn sena għall-oħra. Sa ftit tal-ġimgħat ilu…

Atletika

M’hemm l-ebda dubju li t-tlielaq tal-House of Sport, mifruxa fuq distanza ta’ 10 kilometri kisbu popolarita kbira mal-atletli li jikkompetu fix-xena tal-atletika f’Malta. Dan intwera mid-domanda li dawn it-tlielaq qed…

Aktar