Atletika
Atletika: Kampjonat Nazzjonali organizzati b’suċċess

Atletika. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati l-kampjonati nazzjonali tal-atletika Cavalieri Art Hotel fil-Matthew Micallef St John fil-Marsa fejn kien hemm diversi rekords li nkisru u riżultati individwali prestiġġjużi.

Janet Richards kellha wirja mill-aqwa meta ġriet l-400 metru f’ħin ta’ 54.06 sekondi. L-atleta paralimpiku Antonio Flores kien prominenti fit-tlielaq tal-100 metru u l-200 metru filwaqt li Daniel Saliba kiser it-tielet rekord nazzjonali fil-hurdles b’ħin ta’ 15.30 sekonda. Jacob Elaida kellu suċċessi fit-tlielaq tal-100 metru u l-200 metru.

Mill-banda l-oħra Carla Scicluna kienet ir-rebbieħa tal-100 metru fil-kategorija femminili. Finalment Dillon Cassar għeleb l-isfida iebsa li offrielu Charlton Debono fit-tiġrija tal-5000 metru.

Inkisru wkoll diversi rekords fosthom dak ta’ Luca Martini fil-Hammer Throw, ir-relay team ta’ Men Rush AC u dak femminili ta’ Pembroke Athleta.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.