Futbol lokali
Atletika: L-atleti lokali jfittxu prestazzjonijiet aħjar xahar qabel il-Kampjonati Nazzjonali

Wara l-organizzazzjoni ta’ żewġ avvenimenti li taw ħin importanti fuq it-trakka lill-atleti ewlenin u dawk promettenti f’pajjiżna, il-livell kompetittiv se jintensifika nhar is-Sibt bl-ewwel Challenge Meeting tal-MAAA, wieħed mill-aħħar appuntamenti qabel il-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru xahar ieħor.

B’dan l-istaġun partikolari riesaq lejn tmienu, u l-Kampjonati erba’ ġimgħat biss ‘il bogħod, hu mistenni li jkun hemm prestazzjonijiet ta’ livell ogħla f’dan l-avveniment, li se jkun miftuħ għall-kategoriji kollha mill-Under 16s sas-Seniors. Barra mid-distanzi sprint, li diġà rajnihom fil-ġimgħat li għaddew, l-MAAA Challenge 1 se tfisser ukoll ir-ritorn tat-tlieqlaq fuq distanza medja, jiġifieri bejn 800m u 3000m.

Il-kompetizzjonijiet ta’ nhar is-Sibt jipprovdu diversi raġunijiet għal stennija fost l-entużjasti tal-atletika f’pajjiżna, bid-debutt staġjonali tal-atleta internazzjonali Maltija Charlotte Wingfield f’pajjiżna u d-debutt tal-isprinter ta’ esperjenza Steve Camilleri fost ħafna oħrajn.

Filwaqt li l-ewwel żewġ avvenimenti tal-aħħar irregalaw lill-komunità sportiva b’żewġ rekords nazzjonali minn Luca Martini u Luke Farrugia fil-hammer u d-discus throw rispettivament – rekords li dawn iż-żewġ atleti se jippruvaw itejbu nhar is-Sibt – l-istennijiet huma għoljin għall-hurdler Daniel Saliba fil-110 metru, wara li ftit ġimgħat ilu mar ferm viċin li jtejjeb ir-Rekord Nazzjonali tiegħu (15:52) meta temm it-tellieqa biss 15-il millisekonda bogħod (15.67).

L-atleta veteran Rachid Chouhal, rebbieħ ta’ diversi midalji għall-Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar qed jimmira li jtejjeb ir-Rekords li kiseb riċentement fil-kategorija tal-Masters fil-100 metru (11.36s) fil-Long Jump (6.14m).

L-MAAA Challenge 1 se ssir nhar is-Sibt li ġej, mill-4.45pm ‘il quddiem fil-Matthew Micallef St John Athletics Track fil-Marsa. L-avveniment hu miftuħ għall-pubbliku ġenerali u d-dħul se jkun b’xejn.

MAAA CHALLENGE 1 – PROGRAMM

 

Avveniment Nru.

Kategorija Ġeneru Avveniment Bidu
1 SenU16U18U20U23 M Hammer Throw Irġiel 16:45
2 SenU16U18U20U23 F Hammer Throw Women 16:45
3 U16 M High Jump Subien 16:45
4 U16 F High Jump Bniet 16:45
5 SenU18U20U23 M 110mH Irġiel 16:45
6 SenU18U20U23 M 100m Irġiel 17:00
7 SenU18U20U23 F 100m Nisa 17:15
8 SenU18U20U23 M 800m Irġiel 17:30
9 SenU18U20U23 F 800m Nisa 17:40
10 U16 M 800m Subien 17:50
11 U16 F 800m Bniet 18:00
12 SenU18U20U23 M Discus Throw Irġiel 18:00
13 SenU18U20U23 F Discus Throw Nisa 18:00
14 U16 M Discus Throw Subien 18:00
15 U16 F Discus Throw Bniet 18:00
16 SenU18U20U23 M 400m Irġiel 18:15
17 SenU18U20U23 F 400m Nisa 18:30
18 SenU18U20U23 M Long Jump Irġiel 18:30
19 SenU18U20U23 F Long Jump Nisa 18:30
20 SenU18U20U23 M 1500m Irġiel 18:45
21 SenU18U20U23 F 1500m Nisa 19:00
22 SenU18U20U23 M Shot Put Irġiel 19:00
23 SenU18U20U23 F Shot Put Nisa 19:00
24 SenU18U20U23 M Javelin Irġiel 19:10
25 SenU18U20U23 F Javelin Nisa 19:10
26 U16 M 200m Subien 19:15
27 U16 F 200m Bniet 19:25
28 SenU18U20U23 M 200m Irġiel 19:35
29 SenU18U20U23 F 200m Nisa 19:45
30 SenU18U20U23 M Triple Jump Irġiel 19:50
31 SenU18U20U23 F Triple Jump Nisa 19:50
32 SenU16U18U20U23 M 3000m Irġiel 19:55
33 SenU16U18U20U23 F 3000m Nisa 20:20

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong, ftit tal-minuti ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans. Jidher li bejn Hibernians u Hamrun Spartans intlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra tat-trasferiment proprju fl-10.15 am meta kien…

Aktar